Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
L-UE ilha ssofri minn livelli baxxi ta’ investiment mill-kriżi ekonomika u finanzjarja globali. Il-Grupp PPE kien involut fil-“Pjan Juncker” oriġinali (Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, jew FEIS) biex jimmobilizza l-investiment privat fl-Ewropa biex ireġġa’ lura din ix-xejra. Il-pjan beda fl-2015 u ħoloq aktar minn 300 000 impjieg fl-ewwel sentejn biss. Sal-2018, immobilizza kważi €200 biljun , li ħafna minnhom jappoġġjaw direttament lill-SMEs. FEIS 2.0, li ġie stabbilit 3 snin wara, jippjana li jimmobilizza investimenti li jiswew €500 biljun sal-2020.
Aħna nemmnu li l-programm għandu jkompli wara l-2020, anke jekk l-FEIS waħdu ma jistax jelimina d-diskrepanza fl-investiment fl-Ewropa. Biex tingħata spinta lill-ekonomija Ewropea, aħna nkomplu naħdmu biex neliminaw l-ostakoli għas-suq intern, intejbu l-ambjent ta’ investiment u n-negozju u nkomplu niżviluppaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja.
Ir-reazzjoni tal-Grupp PPE għall-kriżi tal-ewro - li tikkonsisti f’politiki ekonomiċi sostenibbli, dixxiplina fiskali u regoli aktar stretti għall-banek - uriet li hija effettiva u li tirnexxi. Aħna ma nissottovalutawx l-isforzi li ċ-ċittadini kellhom jagħmlu f’dawn iż-żminijiet diffiċli. Għaldaqstant, aħna niddefendu l-politiki kollha li għandhom l-għan li jkollna ewro stabbli, għaliex dan biss jixpruna l-investiment li jiġġenera l-impjiegi u li jkollu impatt fuq il-ħajjiet ta’ kuljum tan-nies.
Issa li qed jirkupraw l-ekonomiji tagħna, irridu nitgħallmu mill-passat. Aħna neħtieġu riformi u politiki ekonomiċi sostenibbli li jqarrbu l-istandards tal-għajxien tal-Ewropej kollha, abbażi tal-prinċipji tal-Ekonomija Soċjali tas-Suq, it-tlestija tas-Suq Uniku, proġetti mmexxija mill-innovazzjoni u prijoritajiet ta’ kummerċ ġust.
Iż-żona ewro jrid ikollha l-kapaċitajiet ta’ assorbiment xierqa biex tiġġieled kontra xokkijiet esterni futuri u tkun tista’ tipprevjeni kriżi ekonomika oħra. Ir-riforma fis-settur bankarju hija daqstant importanti fil-prevenzjoni ta’ ripetizzjoni tal-2008, u hija neċessarja biex inti tiżgura li t-tfaddil tiegħek jibqa’ sikur u li l-flus tal-kontribwenti ma jservux għas-salvataġġ ta’ banek li qed ifallu. Aħna rridu lill-banek jaġixxu b’mod responsabbli u nixtiequ nikkompletaw l-Unjoni Bankarja biex dawn isiru aktar robusti u biex insaħħu r-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tagħhom. Biex niksbu dan, il-banek iridu jnaqqsu l-ammont ta’ self riskjuż fuq il-kotba tagħhom. Fl-istess ħin, irridu nirrispettaw il-karatteristiċi speċifiċi tal-banek Ewropej. Aħna neħtieġu wkoll regoli ċari għar-ristrutturar jew, jekk ikun meħtieġ, l-għeluq ta’ banek li joħolqu riskju serju għall-istabbiltà tas-sistema fl-intier tagħha.
Investiment għal aktar impjiegi