Karrieri 

Esplora opportunitajiet li ma tinsa qatt fil-qalba tal-ħidma għall-Unjoni Ewropea aktar magħquda billi tingħaqad mal-Grupp dinamiku tal-PPE!

Ibda karriera li tagħtik is-sodisfazzjon li ser tkun imdawwar minn individwi tal-istess fehma u li bħalek għandhom l-istess passjoni sabiex ikabbru l-Unjoni Ewropea u jippromwovu l-integrazzjoni politika fl-Ewropa. Fil-Grupp PPE li huwa l-akbar Grupp politiku fi ħdan il-Parlament Ewropew.

Kun parti kruċjali mit-tim tagħna, fejn professjonisti ddedikati u ambizzjużi jikkollaboraw flimkien sabiex jappoġġjaw il-ħidma tal-Membri tal-Parlamentari Ewropej li jappartjenu għall-Grupp PPE. Jekk kapaċi ġġib l-għarfien espert tal-politika tal-UE bħala konsulent, tamplifika l-messaġġ tagħna permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni, tipprovdi appoġġ amministrattiv jew tikkontribwixxi għall-organizzazzjoni interna tagħna fl-HR, il-Finanzi, jew l-IT – l-irwol tiegħek huwa vitali.

Ingħaqad ma’ komunità diversa li tirrappreżenta l-Istati Membri kollha tal-UE bħala wieħed minn madwar 270 impjegat permanenti u kuntrattwali tagħna; fejn issir parti integrali mis-servizz ċivili Ewropew u tikkontribwixxi għall-għodod moderni li jagħtuna s-setgħa biex naħdmu b’mod effiċjenti u effettiv.

Aħtaf l-opportunità biex tkun fuq quddiem nett tal-politika Ewropea u taqdi rwol ċentrali fit-tiswir tal-futur tal-Unjoni Ewropea mal-Grupp PPE!

 

2 impjegati lebsin flokkijiet bil-kelma 'Staff' iżommu bżieżaq tal-Grupp tal-PPE waqt l-Open Days tal-Parlament

Lista ta’ vakanzi

M'għandniex postijiet vakanti kurrenti. Jekk jogħġbok iċċekkja lura aktar tard.

Il-ħaddiema tagħna jikkonsistu:

Aġenti Temporanji

Il-biċċa l-kbira tal-ħaddiema tagħna huma aġenti temporanji b’kuntratti ta’ perjodu indeterminat, reklutati permezz ta’ proċedura ta’ reklutaġġ li tinkludi testijiet bil-miktub u orali. Il-postijiet vakanti għal dawn il-pożizzjonijiet huma rreklamati fuq is-sit web tagħna.

Aġenti Kuntrattwali

Il-Grupp għandu għadd ta’ aġenti kuntrattwali b’durata fissa tal-kuntratt. Bħala regola, dawn il-kollegi jiġu reklutati minn lista ta’ riżerva stabbilita wara li jintgħażlu u jiġu intervistati. It-tul massimu tal-kuntratt tagħhom huwa ta’ sitt snin.

Impjegati taċ-Ċivil

Il-ħaddiema permanenti tal-Grupp jinkludu wkoll uffiċjali tal-UE mill-istituzzjonijiet, prinċipalment mill-Parlament Ewropew, li huma ssekondati għall-Grupp.

Il-proċess ta’ reklutaġġ tagħna

Applikazzjoni online

Skrinjar mill-HR

Għażla mill-Kumitat ta’ Għażla

Aġenti Temporanji

Tliet testijiet bil-miktub

Intervista mal-Kumitat ta’ Għażla

Lista ta’ riżerva

Aġenti Kuntrattwali

Testijiet

Intervista mal-Kumitat ta’ Għażla

Lista ta’ riżerva/Offerta

L-Iktar Mistoqsijiet Frekwenti

Ġeneralment, skont in-numru ta’ applikazzjonijiet riċevuti, dan jista’ jieħu sa tliet xhur mill-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ reklutaġġ għal lista ta’ riżerva għall-aġenti temporanji, u xahrejn sa tliet xhur għall-aġenti kuntrattwali.

Il-Grupp PPE jiżgura li d-data personali tal-applikanti tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, partikolarment fir-rigward tal-kunfidenzjalità u s-sigurtà tagħha, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE.

Il-Grupp PPE huwa impjegatur li jemmen fl-opportunitajiet ugwali u huwa impenjat favur id-diversità u l-ħolqien ta’ ambjent tax-xogħol inklużiv. Inħeġġu applikazzjonijiet minn individwi kwalifikati li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-impjieg, irrispettivament mill-età, ir-razza, l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-identità sesswali jew kwalunkwe karatteristika oħra tagħhom.

Applikazzjonijiet spontanji

Aħna nemmnu fis-setgħa tat-talenti uniċi u qed infittxu b’mod kostanti individwi kwalifikati li jingħaqdu mal-Grupp tagħna! Nilqgħu applikazzjonijiet spontanji minn kandidati li huma lesti li jagħmlu differenza – jekk jogħġbok ibgħatilna s-CV tal-Europass tiegħek flimkien ma’ ittra ta’ motivazzjoni, u ejja nesploraw il-possibbiltajiet flimkien!

L-applikazzjonijiet spontanji jistgħu jiġu sottomessi permezz ta’ din il-link.