committee

Affarijiet Kostituzzjonali

Nagħtu l-ewwel prijorità lit-tħassib taċ-ċittadini

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (AFCO) tal-Parlament Ewropew huwa responsabbli biex itejjeb kif il-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet Ewropej jiġu regolati, jissorvelja wkoll l-implimentazzjoni tat-Trattati tal-UE u jevalwa l-funzjonament tal-UE u l-istituzzjonijiet tagħha. Barra minn hekk, il-kumitat jittratta r-relazzjonijiet interistituzzjonali bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-ftehimiet illi jirregolaw dawn ir-relazzjonijiet.

Barra minn hekk, il-kumitat qiegħed jaħdem biex itejjeb il-fiduċja pubblika fl-Unjoni Ewropea billi jwettaq valutazzjoni profonda tal-eżitu tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Il-membri tal-kumitat qegħdin jimplimentaw l-aspettattivi taċ-ċittadini li nġabru fuq l-akbar pjattaforma diġitali multilingwi fl-istorja.

Il-ħidma tal-kumitat tinkludi wkoll l-implimentazzjoni u l-modifikazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew biex l-UE ssir aktar effiċjenti u trasparenti.

Fl-aħħar nett, il-kumitat jiżgura li ċ-ċittadini Ewropej ikollhom vuċi billi jaġġorna l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, jirriforma l-proċeduri elettorali u jistabbilixxi koperazzjoni msaħħa bejn l-UE u istituzzjonijiet oħra.

The last piece of a puzzle of the European flag lies on top of the completed pieces