Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
Il-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (Grupp PPE), ispirat minn viżjoni politika taċ-ċentru lemin, huwa l-akbar u l-eqdem grupp fil-Parlament Ewropew. L-għeruq tagħna jmorru lura għall-missirijiet fundaturi tal-Ewropa – Robert Schuman, Alcide De Gasperi u Konrad Adenauer – u l-Membri tagħna ġejjin mill-Istati Membri kollha tal-Ewropa.
L-għan tagħna huwa li noħolqu Ewropa aktar b’saħħitha, aktar kompetittiva u aktar demokratika li fiha ċ-ċittadini jkunu jistgħu jibnu ħajjithom kif jixtiequ huma.
In-nies tagħna huma l-ekonomija tagħna. L-UE hija l-akbar suq uniku tad-dinja, b’regoli u b’regolamentazzjoni trasparenti, u kisbet pożizzjoni b’saħħitha fil-kummerċ internazzjonali billi aġixxiet b’vuċi waħda.
Irridu noffru lil kulħadd opportunitajiet indaqs ta’ suċċess, b’mod partikolari, fost oħrajn, lill-intrapriżi ż-żgħar, lil dawk li jaħdmu għal rashom, lir-riċerkaturi, lix-xjenzjati. Nemmnu li biex niġġieldu kontra l-mard fatali u l-pandemiji li jafu jiġu fil-futur jeħtieġ li nsaħħu l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tas-saħħa u tal-innovazzjoni.
L-Ewropa qiegħda tħabbat wiċċha mal-akbar theddida wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Nafu li d-demokrazija u l-paċi fl-Ewropa ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala n-normalità. Id-difiża tad-demokrazija u tal-istil tal-ħajja Ewropeja tagħna għalina hija prijorità ċara fil-qafas tal-istrateġija ġeopolitika tal-UE.
Iż-żgħażagħ huma l-futur tagħna. Huwa importanti li nagħtu edukazzjoni inklużiva u ta’ kwalità għolja fl-Ewropa, noħolqu l-opportunitajiet ta’ xogħol għalihom, inħarsu l-ambjent u niġġieldu kontra t-tibdil fil-klima.
Il-Grupp PPE se jibqa’ fuq quddiem nett għall-futur Ewropew. Nemmnu f’Ewropa b’saħħitha u magħquda u nixtiequ nagħmluha aħjar għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Liċ-ċittadini nqegħduhom fil-qalba tal-Ewropa tagħna. U int?
Bħall-Membri tal-Parlament Ewropew kollha, il-Membri tal-Grupp PPE jiġu eletti fil-livell lokali mill-eletturi fl-Istat Membru tagħhom biex jirrappreżentaw l-interessi tal-popolazzjoni lokali fuq kwistjonijiet leġiżlattivi u politiċi fil-livell Ewropew.
Huma organizzati skont l-affiljazzjoni politika pjuttost milli skont il-pajjiż u jistgħu jagħmlu parti minn grupp politiku wieħed biss. Il-Grupp PPE huwa l-akbar fost it-tmien gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew.
Il-Membri li eleġġejt jirrappreżentaw l-interessi nazzjonali tiegħek f’livell Ewropew, iggwidati mill-pożizzjoni ġenerali tal-Grupp PPE.