History

Aqra kif il-familja tal-PPE ifformulat l-istorja tal-integrazzjoni Ewropea. Skopri kif illum, meta l-Ewropa terġa’ tiffaċċja l-isfidi, se nkomplu nonoraw il-legat billi nibqgħu nkunu onesti għal dak li nemmnu fih: Ewropa magħquda bbażata fuq il-valuri tad-dinjità umana, il-libertà, id-drittijiet umani, is-saltna tad-dritt, is-solidarjetà u s-sussidjarjetà.

Ngħaqdu l-Ewropa mill-1953

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, l-fundaturi tal-Ewropa - l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż Robert Schuman, il-Kanċillier Ġermaniż Konrad Adenauer u l-Prim Ministru Taljan Alcide de Gasperi - riedu jibnu Ewropa paċifika. Ħadmu flimkien biex jieħdu l-ewwel passi biex joħolqu Ewropa maqgħuda, u ħolqu l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar. Il-Grupp tagħna, dak iż-żmien l-Grupp Kristjan-Demokratiku, twaqqaf fit-23 ta’ Ġunju 1953 bħala fazzjoni politika tal-Assemblea Komuni tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

Il-ġenerazzjoni ta’ wara tefgħet ħarsitha fuq integrazzjoni Ewropea li kienet bżonnjuża biex l-ekonomija Ewropea tiżviluppa f’suq wieħed u kbir. L-istituzzjonijiet Ewropej kibru mal-integrazzjoni, flimkien mal-Parlament Ewropew li żamm l-ewwel elezzjonijiet fl-1979. Imbagħad, biddilna l-isem għall-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew.

Ispirat mill-idea ta’ għaqda wara l-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin u t-tmiem tal-komuniżmu, il-PPE offra l-appoġġ sħiħ tiegħu għad-demokraziji pluralistiċi emerġenti. Il-partiti taċ-ċentru-lemin mhux komunisti rebħu l-appoġġ tan-nies, bil-Grupp tagħna, isir, u jibqa’, l-akbar fil-Parlament Ewropew wara l-Elezzjonijiet Ewropej ta’ Lulju 1999.

Matul is-snin, aġġustajna l-filosofija politika tagħna biex nieħdu kont tal-bidliet fl-elettorat, u lqajna gruppi politiċi moderati u Konservattivi mill-Iskandinavja u l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Bejn l-1999 u l-2009, biddilna isimna għall-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (Kristjani Demokratiċi) u l-d-Demokratiċi Ewropej, waqt li morna lura għall-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (Demokratiċi Kristjani) f’Ġunju 2009.

Il-Midalja ta’ Robert Schuman

Sir af aktar dwar il-midalja li tonora irġiel u nisa li l-kuraġġ u l-viżjoni tagħhom għen biex l-Ewropa tingħaqad u jkun hemm il-paċi, d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem.

Arkivji tal-Grupp tal-PPE

Agħmel kuntatt mat-tim tal-arkivji biex tesplora l-wirt imprezzabbli li jgħid l-istorja tal-Grupp minn meta twaqqaf fl-1953 u r-rwol tiegħu fil-ħolqien tal-UE kif nafuha llum.