Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
Aħna ngħaqdu l-politiċi taċ-ċentru-lemin li eleġġejtu f’kull Stat Membru. Dawn l-MEPs minn kull pajjiż jiffurmaw delegazzjonijiet nazzjonali li jpoġġu flimkien fil-grupp politiku tagħna. Id-delegazzjoni tagħkom iġġib il-perspettiva nazzjonali tagħkom biex tħalli impatt fuq il-politika u l-għażliet li jagħmel il-Grupp tal-PPE b’mod ġenerali.
Skopri kif l-MEPs li intom teleġġu jirrappreżentaw l-interessi tagħkom f’temi leġislattivi u politiċi fuq livell Ewropew.
Il-Grupp tagħna jiltaqa’ qabel kull sessjoni plenarja biex jaqbel fuq il-pożizzjoni tagħna fuq kull tema fuq l-aġenda tal-Parlament Ewropew, u kif se nkunu qed nivvutaw. Madanakollu, qabel, tkun saret ħidma preparatorja fuq livell ta’ kumitat u delegazzjoni biex ikun tkun stabbilita l-aqwa pożizzjoni, fejn ikunu ttieħdu in konsiderazzjoni diversi veduti. Biex nassiguraw li l-pożizzjonijiet tagħna jkunu koerenti, aħna nistrutturaw il-ħidma preparatorja tagħna permezz ta’ erba’ Gruppi ta’ Ħidma, li kull wieħed minnhom ikopri diversi kumitati. L-MEPs li teleġġu huma membri ta’ Grupp ta’ Ħidma wieħed jew aktar. Ħafna wkoll għandhom karigi fi ħdan l-istrutturi ta’ governanza tal-Grupp.