Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
Aħna nemmnu f’UE fejn iċ-ċittadini jgawdu d-drittijiet fundamentali tagħhom u fejn l-istat tad-dritt jiġi rrispettat bis-sħiħ. Il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Affarijiet Legali u Interni tagħna jiffoka fuq it-twettiq ta’ dan l-objettiv u fuq kwistjonijiet bħall-migrazzjoni, il-libertajiet ċivili, l-ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll kwistjonijiet kostituzzjonali u legali.
Il-Grupp tagħna għamel progress sinifikanti f’diversi oqsma, fosthom l-iżgurar tal-fruntieri Ewropej, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-frodi u ż-żieda fil-protezzjoni tal-vittmi. Ħdimna favur il-ħolqien ta’ Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), kontrolli elettroniċi fuq iċ-ċittadini li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Ewropa u l-iżvelar tar-rekords tal-passiġġieri tal-linji tal-ajru. Aġġornajna l-qafas legali dwar it-terroriżmu u waqqafna l-finanzjament elaborat tat-terroriżmu.
Għamilna progress kbir lejn approċċ Ewropew komuni għall-politika dwar l-immigrazzjoni u l-ażil. Barra minn hekk, nagħtu prijorità lill-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-era diġitali biex nappoġġajaw tkabbir ekonomiku li jeħtieġ qafas legali li jiżgura protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali online kif ukoll offline. Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-era diġitali tinsab ukoll fuq l-aġenda tagħna.
Ma nistgħu nieħdu ebda pass lura mill-prinċipju bażiku tal-moviment liberu fl-UE. L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jaħdmu flimkien biex jipprevjenu abbużi minn dan il-prinċipju. Is-simplifikazzjoni u ż-żieda tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol tal-UE hija prijorità.
Jenħtieġ niġġieldu wkoll għad-drittijiet tan-nisa, inklużi t-tneħħija tad-differenza fil-pagi u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru. Huwa importanti li jiġi appoġġjat l-aċċess tal-UE għall-Konvenzjoni ta’ Istanbul dwar il-vjolenza kontra n-nisa u li tingħata prijorità lid-drittijiet tat-tfal. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu wkoll id-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali u tal-gruppi lingwistiċi.
L-Ewropa għandha r-responsabbiltà umanitarja li toffri protezzjoni lir-refuġjati politiċi u lil dawk li qegħdin jaħarbu mill-gwerer ċivili. Sistema komuni tal-ażil effettiva hija meħtieġa filwaqt li r-regoli eżistenti jkunu qegħdin jiġu implimentati bis-sħiħ.
Politika komuni dwar l-ażil u l-immigrazzjoni għandha tagħti prijorità lill-aċċess taċ-ċittadini tal-UE għas-swieq tax-xogħol u żżid l-iżvilupp immirat u l-għajnuna umanitarja. L-UE ma tistax tittollera l-frodi soċjali u d-dumping soċjali. Filwaqt li nirrispettaw il-migrazzjoni legali fis-suq tax-xogħol, huwa importanti li nittrattaw l-abbużi u niddistingwu bejn refuġjati u migranti ekonomiċi. L-Istati Membri għandhom jirritornaw lill-migranti ekonomiċi residenti illegalment lejn il-pajjiżi tal-oriġini tagħhom, b’rispett sħiħ għal-liġi internazzjonali u tal-UE.
Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u t-terroriżmu hija prijorità. Biex nevitaw it-traġedji jenħtieġ inwaqqfu t-traffikar tal-bnedmin u nżidu s-sigurtà tal-fruntieri għax pajjiżi żgħar u oħrajn tul il-kosta tal-Ewropa jaffaċċjaw sfidi speċifiċi ħafna.
Irridu nagħmlu l-fruntieri tal-Ewropa aktar siguri. Nemmnu li l-Ewropa għandha żżid ir-riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi tagħha filwaqt li ssaħħaħ ir-rwol u l-prerogattivi tal-aġenzija għall-protezzjoni tal-fruntieri.
L-Ewropa teħtieġ ukoll strateġija għaċ-ċibersigurtà u kontra ċ-ċiberkriminalità li ttejjeb il-koperazzjoni fost l-Istati Membri, il-pulizija u l-ġustizzja biex tiġġieled il-kriminalità online u offline.
Il-Grupp PPE jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ is-sigurtà tal-UE u s-sigurtà taċ-ċittadini tagħha u li tiżdied is-superviżjoni fuq l-attivitajiet tas-servizz sigriet u l-użu illegali ta’ software ta’ spjunaġġ.
Kap tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Affarijiet Legali u Interni
Press Officer for Legal and Home Affairs Working Group, Civil Liberties, Justice and Home Affairs Committee. National press, Greek Media
Press Officer for Legal and Home Affairs Working Group and Civil Liberties, Justice and Home Affairs Committee. National press, Swedish Media. Adviser for Iraq Delegation
3 / 16