Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
Il-Fondazzjonijiet u n-Networks tagħna jmorru lil hinn mix-xogħol leġislattiv u huma miftuħa għal nies li jaħsbuha l-istess kemm ġewwa kif ukoll barra mill-UE, bil-għan li jiżdied l-ispazju għad-djalogu fejn ideat taċ-ċentru-lemin jistgħu jiffjorixxu. Kull wieħed u waħda mill-Fondazzjonijiet u n-Netwerks tagħna għandhom il-ħidma speċifika tagħhom, u huma mmexxija indipendentement biex jilħqu l-għanijiet strateġiċi tagħhom.
Grupp ta’ ħassieba miftuħ madwar l-Ewropa għall-politika Ewropea taċ-ċentru-lemin għall-promozzjoni ta’ ħsibijiet ġodda dwar l-isfidi ewlenin li qed jiffaċċjaw il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. In-Netwerk twaqqaf fis-sajf tal-2002, u issa għandu mas-600 ħassieb madwar l-Unjoni Ewropea. L-EIN jgħaqqad politiċi, nies fin-negozju, akkademiċi, konsulenti politiċi, ħassieba, ġurnalisti u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, kif ukoll esperti u kummentaturi esterni li m’humiex membri ta’ partiti.
Il-Fondazzjoni, li twieldet mill-politiku Ġermaniż tas-CDU li dak iż-żmien kien iċ-Chairperson tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew, Egon A. Klepsch, twaqqfet fl-1989 biex tappoġġja d-demokrazija fl-Ewropa. Magħmula minn membri tal-PPE, il-Fondazzjoni tappoġġja d-demokrazija fl-Amerika Latina, l-Afrika, u, fuq kollox, fl-Ewropa Ċentrali, tal-Lvant u tan-Nofsinhar Lvant. Il-‘Programm tal-Istagaires’ joffri traineeships ta’ xahar fil-Parlament Ewropew għal żgħażagħ b’valuri taċ-ċentru-lemin.
L-Istitut hu ċ-ċentru edukattiva Ewropew għal politiċi u partiti membri tal-familja politika tal-PPE, li jippromwovi l-idea ta’ Ewropa magħquda u l-valuri bażiċi tal-PPE. Mill-1995, kien joffri edukazzjoni u taħriġ lil politiċi attwali u futuri ta’ partiti membri tal-familja tal-PPE, kif ukoll jorganizza konferenzi dwar temi reġjonali attwali.