Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
11.04.2024 14:10
L-abort se jibqa’ kompetenza nazzjonali minkejja l-isforzi mill-MEPs Laburisti Maltin
Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Robert Abela għandu jwieġeb ċar fuq l-abort
Riżoluzzjoni li talbet li l-abort jiġi inkluż fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ġiet ivvutata llum waqt is-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Brussell. Ir-riżoluzzjoni ġiet ko-firmata mill-MEP tal-Partit Laburista Cyrus Engerer. F’kummenti wara l-vot il-Kap tad-Delegazzjoni tal-PN fil-Parlament Ewropew David Casa stqarr:
“Sforzi kostanti biex jintlaqtu l-kompetenzi nazzjonali fejn jidħlu l-liġijiet tal-abort huma destinati li jfallu. Dawn il-proposti huma f'kunflitt mat-Trattati li jistgħu jiġu emendati biss b'unanimità. L-ebda riżoluzzjoni mhi se tbiddel dan. Iżda huwa kundannabbli li l-MEPs tal-Partit Laburista stess qed imexxu l-isforzi biex jitolbu li l-abort jiġi impost fuq il-poplu ta’ Malta u Għawdex.”
Fil-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, il-gvern ta’ dak iż-żmien kien innegozja salvagwardji b’saħħithom biex jiżgura li kwistjonijiet bħal dawn ma jiġux sfurzati fuq il-poplu Malti kontra r-rieda tiegħu, b’mod partikolari permezz tal-Protokoll 7 tat-Trattat ta’ Adeżjoni.
“Il-pożizzjoni tal-PL dwar l-abort hija diġà dubjuża wara t-tentattivi moħbi biex jiddaħħal is-sena l-oħra meta ġew proposti bidliet fil-kodiċi kriminali li sussegwentement ġew miġbuda lura bħala riżultat ta’ rabja pubblika. Robert Abela għandu jkun nadif u jistqarr b’mod ċar jekk jappoġġjax l-azzjonijiet tal-MEPs tiegħu fil-Parlament Ewropew meta wieħed minnhom iffirma r-Riżoluzzjoni u minn delegazzjoni ta’ 4 MEPs nofshom biss ivvutaw kontriha.”
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'177 Membru mill-Istati Membri kollha.
MEP
Kap tal-Unità tal-Istampa Nazzjonali Uffiċjal tal-Istampa għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa Stampa Nazzjonali, il-Midja Portugiża
6 / 50