Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
Id-delegazzjonijiet interparlamentari tal-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kumitati tal-Affarijiet Barranin, l-Iżvilupp u l-Kummerċ Internazzjonali jipprovdu dimensjoni parlamentari għad-diplomazija esterna tal-UE. Flimkien, dawn jipprovdu forum għad-djalogu regolari u skambju ta’ fehmiet dwar temi ta’ interess komuni, li jgħinu lill-UE jiżviluppaw relazzjonijiet ma’ sħab minn pajjiżi terzi. Il-laqgħat isiru b’mod regolari kemm fi Brussell kif ukoll f’pajjiżi msieħba. Dawn jgħinu lill-UE tapprofondixxi s-sħubiji, tifhem is-sitwazzjonijiet politiċi u tippromwovi l-valuri tal-UE: id-demokrazija, s-saltna tad-dritt u r-rispett lejn id-drittijiet ta-bniedem u l-libertajiet.
Id-dimensjoni parlamentari ta’ diplomazija esterna żżid il-valur għall-ħidma tal-kumitati parlamentari li jittrattaw ir-relazzjonijiet barranin; tipprovdi esperjenza diretta bażata fuq kuntatt dirett ma’ kontropartijiet, u meta jkun possibbli, iwasslu għal djalogu mal-forzi politiċi viċin tal-familja politika tagħna.
Bħala l-akbar grupp politiku fil-PE, il-Grupp tagħna għandu l-akbar numru ta’ Membri involuti fid-delegazzjonijiet interparlamentari, u jmexxu numru kbir minnhom. Il-Membri tagħna huma kommessi li jużaw dan l-istrument ta’ diplomazija parlamentari biex jinfluwenzaw ir-relazzjonijiet tal-PE ma’ pajjiżi terzi kemm fuq livelli bilaterali kif ukoll multilaterali f’temi ewlenin ta’ kooperazzjoni.
Minħabba l-isfidi attwali, il-prijoritajiet tagħna huma ż-żoni tan-Nofsinhar u l-Lvant u l-Balkani tal-Punent. Nieħdu wkoll interess f’pajjiżi u reġjuni oħrajn li għandhom ftehim mal-UE, inkluż ftehim ta’ assoċjazzjoni, ftehim ta’ stabilizzazzjoni u kooperazzjoni kif ukoll ftehim ta’ kummerċ ħieles.
Ħafna drabi, il-Membri tagħna li jaħdmu għad-delegazzjonijiet huma wkoll involuti fil-preparamenti tar-riżoluzzjonijiet urġenti tal-PE li jirreaġixxu għas-sitwazzjonijiet ta’ vjolenza u ksur tad-drittijiet umani madwar id-dinja. Il-kompetenza u l-impenn tal-Grupp ippermettew li l-istess Grupp imexxi dossiers sensittivi fit-tema tal-affarijiet barranin.
Uħud mid-delegazzjonijiet interparlamentari jieħdu sehem fl-assemblei interparlamentari. Dawn jinkludu l-Assemblea Parlamentari tan-NATO, l-Assemblea Parlamentari tad-Delegazzjoni għall-Amerika Latina, l-Assemblea Parlamentari Konġunta tad-Delegazzjoni għall-ACP-EU, l-Assemblea Parlamentari tad-Delegazzjoni għall-Euronest, u d-Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari għall-Unjoni tal-Mediterran.
Il-PE stabbilixxa delegazzjonijiet interparlamentari biex isaħħaħ id-dimensjoni parlamentari tad-djalogu ma’ numru kbir ta’ pajjiżi terzi madwar id-dinja, li jinkludu l-Iran, l-Iraq, il-Ġappun, iċ-Ċina u l-Indja.
Il-Parlament Ewropew stabbilixxa Kumitati Parlamentari Konġunti ma’ pajjiżi kandidati jew pajjiżi li ffirmaw ftehim ta’ assoċjazzjoni mal-UE. Dawn il-Kumitati huma magħmula minn numru ugwali ta’ Membri kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-parlamenti rispettivi. Il-JPC janalizza l-progress tal-pajjiżi kandidati lejn l-adeżjoni. Eżempji ta' JPCs li jinkludu t-Turkija u l-Maċedonja ta' Fuq (kandidati tal-UE); in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein (bħala parti miż-Żona Ekonomika Ewropea) u l-Messiku u ċ-Ċili (taħt ftehim ta’ assoċjazzjoni).
Il-Kumitati ta’ Kooperazzjoni Parlamentari huma bażati fuq ftehim speċifiċi ma’ pajjiżi li huma parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat tal-Lvant (l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Ġorġja, il-Moldova u l-Ukrajna) flimkien ma’ pajjiżi li magħhom l-Ewropea temmet Ftehim ta’ Partnership u Kooperazzjoni (PCA), li jinkludu r-Russja, l-Użbekistan, il-Każakstan, il-Kirgiżtan, u t-Turkmenistan. Ir-rwol tagħhom hu li jsegwu l-implimentazzjoni tal-PCA. L-MEPs isegwu wkoll l-attivitajiet politiċi u ekonomiċi ta’ ċertu pajjiżi u l-isforzi tagħhom biex jinfluwenzaw pajjiżi ġirien u pajjiżi oħra.
Il-Kumitati Parlamentari tal-Istabbilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni saru ma’ dawk il-pajjiżi min-Nofsinhar-Lvant tal-Ewropa fejn daħlu fis-seħħ ftehim tal-istabbilizzazzjoni u l-assoċjazzjoni (SAA). Eżempji ta’ dawn huma l-Albanija, il-Montenegro u s-Serbja.
Dan it-tip speċjali ta’ kooperazzjoni interparlamentari għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rabtiet parlamentari bejn l-UE u l-Kungress tal-Istati Uniti, u jappoġġja attivitajiet żviluppati mid-delegazzjoni tal-PE għar-relazzjonijiet mal-Istati Uniti.
Fl-Assemblea Parlamentari tal-Euronest, aħna nevalwaw is-suċċess u l-isfidi tal-Partnership tal-Lvant ta-UE ma’ pajjiżi fil-fruntiera mal-Ewropa u li rriduhom aktar viċin. Għandna l-għan ukoll li nippromowvu d-demokrazija, l-prosperità, l-istabbilità u s-sigurtà fir-reġjun.
Fid-dawl tal-fatt li t-tkabbir hu wieħed mill-akbar stejjer ta’ suċċess tal-UE, aħna nemmnu li l-politika tat-tkabbir hi għodda essenzjali biex jiġu promossi valuri Ewropej u biex il-benefiċċji tal-UE jkunu aċċessibbli għal pajjiżi Ewropej oħra.
Aħna nikkunsidraw politika avvanzata tal-viċinat bħala fundamentali, li tikkontribwixxi għal koperazzjoni aħjar bejn l-UE u l-partners Mediterranji, li aħna naħdmu magħhom f’temi bħall-immigrazzjoni, ir-reliġjon, il-protezzjoni ambjentali, l-edukazzjoni u t-taħriġ.
Aħna nemmnu li l-libertà tar-reliġjon hu dritt bażiku li rridu niddefendu. Aħna nfittxu opportunitajiet għad-djalogu u l-koperazzjoni mal-komunitajiet reliġjużi, biex nifhmu l-ħsibijiet tagħhom dwar temi bħat-tensjonijiet soċjali, l-immigrazzjoni u l-edukazzjoni.
L-inizjattiva dwar il-politika Afrikana għandha l-għan li tiżviluppa koperazzjoni mal-partners Afrikani u l-partiti politiċi Afrikani, u li tipprovdi forum għal skambju ta’ ideat u l-aqwa prattiċi. Din tibni wkoll fuq id-Djalogu Windhoek oriġinali, li ġiet imnedija fl-1996.