Djalogu Windhoek

Id-djalogu Windhoek huwa l-inizjattiva politika Afrikana tagħna. Għandu l-għan li jiżviluppa kooperazzjoni mas-sħab Afrikani tagħna u l-partiti politiċi Afrikani billi jipprovdi forum fejn partijiet Afrikani tal-istess fehma u Membri tal-Grupp tal-PPE fil-Parlament Ewropew jistgħu jiltaqgħu u jiskambjaw ideat u l-aħjar prattiki dwar il-governanza tajba, il-prattiki demokratiċi, l-iżvilupp sostenibbli u l-kooperazzjoni reġjonali.

Il-valuri komuni li jiddefinixxu l-kooperazzjoni tagħna jinkludu r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem, l-ekonomija tas-suq soċjali u l-istat tad-dritt abbażi tas-separazzjoni tal-poteri u tad-demokrazija multipartitika, b'elezzjonijiet ħielsa u ġusti li jappoġġaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà u, kull fejn applikabbli, l-awtonomija lokali u reġjonali.

Uffiċjali Afrikani u Ewropej fuq il-bord tad-diskussjoni


Varat fl-1996 b'ħames partijiet Afrikani minn pajjiżi Anglofoni fin-Nofsinhar u l-Lvant tal-Afrika, hu jibni fuq id-Djalogu oriġinali Windhoek, filwaqt li jfittex sħab ġodda lil hinn mis-sħab Afrikani tradizzjonali tal-Grupp tal-PPE, il-UPADD – l-Unjoni ta' Partijiet Afrikani għad-Demokrazija u l-Iżvilupp.

Il-Fondazzjoni Robert Schuman u l-Fondazzjoni Konrad Adenauer regolarment jappoġġaw din il-kooperazzjoni.