Pajjiżi tat-tkabbir

It-tkabbir hu wieħed mill-akbar stejjer ta’ suċċess tal-UE, li jippromwovi l-istabbilità u l-prosperità fil-kontinent, filwaqt li jikkonsolida l-prinċipji komuni tal-libertà, d-demokrazija, is-saltna tad-dritt u l-ekonomija tas-suq. Bħala għodda essenzjali li tipromwovi l-valuri Ewropew, it-tkabbir japprofondixxi l-Unjoni, u jressaq il-pajjiżi aktar lejn xulxin.

Il-pajjiżi tax-Xlokk tal-Ewropa ilhom parti mill-proċess tat-tkabbir tal-UE li joffri prospett ta’ sħubija tal-UE, minn Ġunju 2013, meta l-Kunsill Ewropew ta’ Tessaloniki afferma li l-futur tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent hu fi ħdan Ewropa magħquda. L-adeżjoni ta’ suċċess tal-Kroazja, li saret membru f’Lulju 2013, turi li l-bieb jibqa’ miftuħ għall-pajjiżi kollha Ewropej li huma kapaċi jissodsifaw il-kriterja ta’ Kopenħagen.

Hands holding a painting of the European flag


Il-Grupp tal-PPE jemmen li l-politika tat-tkabbir għandha tibqa’ għodda politika qawwija u li għandna nkomplu niġġudikaw kull pajjiż kandidat fuq il-merti tiegħu stess, u nassiguraw li l-pajjiżi qed josservaw il-kriterji ta’ Kopenħagen. Aħna nemmnu wkoll li l-proċess ta’ sħubija għandu jikkonsidra l-kapaċità tal-UE għall-assorbiment, u li l-ħolma Ewropea tkun aċċessibbli għal pajjiżi oħra Ewropej. Il-Grupp tal-PPE jappoġġja l-analiżi metikoluża u effettiva tal-konsegwenza tat-tkabbir.

Il-Grupp ta’ Ħidma tal-PPE dwar it-Tkabbir għandu l-għan li juri l-appoġġ kontinwu tal-Grupp għall-proċess tat-tkabbir tal-UE, li jinkoraġġixxi partiti politiċi u istituzzjonijiet biex jagħmlu r-riformi neċessarji li jippermettu l-adeżjoni tal-UE u li jappoġġjaw għaqdiet tas-soċjetà ċivili u l-popolazzjoni ġenerali fl-aspirazzjonijiet tagħhom li jingħaqdu fl-UE. Il-Grupp jiltaqa’ regolarment mal-Ambaxxaturi tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u jorganizza missjonijiet ta’ tiftix tal-fatti, li matulhom il-Membri tagħna jiltaqgħu ma’ stakeholders importanti.

Aħna norganizzaw ukoll Konferenza importanti dwar il-Balkani tal-Punent kull sena mal-mexxejja politiċi tal-PPE mir-reġjun, f’koperazzjoni ma’ Konrad Adenauer Stiftung u ċ-Ċentru Martens.

Related Publications

0 / 0

Kontenut relatat