Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
Il-Partnership tal-Lvant tal-UE jipprovdi perspettiva Ewropea għal pajjiżi li huma fil-fruntiera mal-UE u għandhom ix-xewqa li jersqu viċin, li jinkludu l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Ġorġja, il-Moldova, l-Ukrajna u l-Belarus. Il-Partnership jirrappreżenta opportunità unika għall-ġirien tagħna: mhux biss tippermetti ftehim ta’ assoċjazzjoni imma tippermetti l-integrazzjoni gradwali tal-pajjiżi fl-ekonomija tal-UE u żżid il-mobbiltà għaċ-ċittadini tagħhom.
Il-Grupp tal-PPE jinkoraġġixxi pajjiżi fil-Partnership tal-Lvant biex javvanzaw il-proċessi ta’ riformi politiċi u soċjo-ekonomiċi biex iwasslu għal riżultati tanġibbli kemm jista’ jkun malajr. L-għan tagħna fl-Assemblea Parlamentari tal-Euronest hu li ninkoraġġixxu d-djalogu, li jkunu evalwati s-suċċessi u l-isfidi tal-Partnership, u li nippromowvu d-demokrazija, l-prosperità, l-istabbilità u s-sigurtà fir-reġjun.
F’pajjiżi fejn is-sitwazzjoni politika hi ta’ tħassib, aħna ninsistu li l-prattiċi demokratiċi u ta’ governanza tajba huma ta’ importanza fundamentali. Is-saltna tad-dritt, il-libertà tal-espressjoni, id-dritt taċ-ċittadini għall-informazzjoni u elezzjonijiet ħielsa u ġusti, huma prinċipji irrevokabbli. Aħna nħeġġu li jkun hemm ftehim reċiproku b’pożizzjonijiet komuni bejn il-parlamenti Ewropej u nazzjonali.
Il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Lvant jeżamina għażliet ġodda ta’ politika li jistgħu jagħtu impetus lill-EaP. Dan jiltaqa’ regolarment mal-Ambaxxaturi tal-pajjiżi tal-EaP, uffiċjali mill-istituzzjonijit relevanti tal-UE u esperti biex jeżaminaw is-sitwazzjoni fir-reġjun u biex isaħħu r-relazzjonijiet politiċi ma’ dawn il-pajjiżi. Dan minbarra li norganizzaw konferenzi, smiegħ u missjonijiet ta’ tiftix tal-fatti fir-reġjuni tal-pajjiżi.
1 / 1