Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
L-Ewropa tagħna hija post mibni minn kulħadd u għal kulħadd. Fi żminijiet diffiċli, irridu nwettqu dak li huwa verament importanti għaċ-ċittadini tagħha. Irridu li l-Ewropa tagħmel differenza vera għan-nies. Irridu niżguraw li kulħadd, irrispettivament minn fejn jgħix, ikollu aċċess għal kura tas-saħħa tajba. Irridu politika ambizzjuża dwar il-klima li tinvolvi liċ-ċittadini kollha u tħalli pjaneta aħjar għall-ġenerazzjonijiet futuri. Irridu l-aħjar innovazzjonijiet u l-aktar mekkaniżmi effettivi tas-suq biex niżguraw li l-Ewropa tiżviluppa ideat, għodod u prodotti li jagħmlu differenza għad-dinja kollha. L-Ewropa ma tistax tvinċi waħedha: huwa biss mas-sħab tagħna li nistgħu nilħqu l-miri klimatiċi globali tagħna. Il-kapaċità tagħna għall-innovazzjoni u l-ekonomija soċjali tas-suq tagħna huma l-aħjar riżorsi li għandna biex niksbu dan l-għan. L-Ewropa għandha tkun il-post fejn in-negozju u r-riċerka flimkien jagħmlu l-ħajja tan-nies aħjar. Fl-istess ħin, aħna nappoġġjaw lin-negozji, lill-bdiewa u lis-sajjieda tagħna, filwaqt li niżguraw il-kompetittività tagħhom u nipprovdu l-kundizzjonijiet biex jinħolqu impjiegi ta’ kwalità u jiġi żgurat aċċess għal ikel affordabbli għall-Ewropej kollha. Irridu nibnu Ewropa li tagħti riżultati dwar dak li verament huwa importanti: il-benesseri tan-nies, futur sostenibbli, u opportunitajiet bla heda.
Kwalità: Ewropa li hi importanti għan-nies
Tabella tal-kontenut