Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
Waħda mil-libertajiet l-aktar importanti li ċ-ċittadini tagħna jgawdu hija l-ivvjaġġar mingħajr passaport fl-UE. Aħna nistgħu niggarantixxu din il-libertà biss jekk niżguraw il-fruntieri esterni tagħna, biex nissorveljaw min qed jaqsam il-ħin kollu.
Il-Grupp PPE huwa favur Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta b’saħħitha (Frontex) b’riżorsi u kapaċitajiet miżjuda, lesta li tiġi skjerata immedjatament meta pajjiż jiffaċċja pressjoni migratorja sproporzjonata. Aħna nappoġġjaw it-tisħiħ ta’ Frontex b’10 000 gwardja tal-fruntiera ġodda biex jgħinu fl-isforzi tal-infurzar tal-fruntieri nazzjonali. Jeħtieġ ukoll li ngħammru l-fruntieri tagħna bl-aħħar teknoloġija.
Il-Membri tal-Grupp PPE ppromwovew sistema elettronika ta’ dħul/ħruġ li tirreġistra ċ-ċittadini kollha mhux tal-UE li jaslu fiż-żona Schengen. Din is-sistema tippermetti l-identifikazzjoni faċli ta’ kriminali b’identitajiet foloz li jidħlu fit-territorji tagħna. Aħna daħħalna fis-seħħ ukoll sistema ta’ reġistrazzjoni minn qabel għal vjaġġaturi mingħajr viża biex jiġu vvalutati aktar ir-riskji għas-sigurtà.
Aħna rridu distinzjoni ċara bejn persuni leġittimi li jfittxu ażil u migranti irregolari. Aħna nilqgħu lil dawk il-persuni fi bżonn ġenwin ta’ protezzjoni, filwaqt li nemmnu li għandna niskoraġġixxu lil dawk li jipprovaw jidħlu fl-UE illegalment, permezz ta’ politika ta’ ġestjoni tal-fruntieri robusta u ritorni effettivi.
Aħna nappoġġjaw l-eliminazzjoni tal-lakuni li jeżistu minħabba li l-pajjiżi tal-UE jużaw sistemi ta’ ġbir tad-data differenti. Minħabba li s-sigurtà u l-migrazzjoni huma dejjem aktar kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu indirizzati minn pajjiż wieħed waħdu, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw aktar fil-kondiviżjoni tal-informazzjoni u jagħmlu s-sistemi tagħhom interoperabbli. B’dan il-mod, uffiċjali tal-pulizija, uffiċjali tal-migrazzjoni jew gwardji tal-fruntiera jkollhom aċċess aktar mgħaġġel, mingħajr xkiel u aktar sistematiku għall-informazzjoni li jeħtieġu biex iwettqu l-kompiti tagħhom.
Aħna ninkoraġġixxu wkoll ftehimiet ma’ pajjiżi terzi li jippermettulna nikkontrollaw u nnaqqsu l-flussi tal-migrazzjoni qabel ma jaslu l-migranti fil-fruntieri tal-UE.
Fruntieri sikuri