Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
Avviż legali importanti L-informazzjoni f’dan is-sit hi soġġetta għal dikjarazzjoni ta' ċaħda tar-responsabbiltà, avviż dwar id-drittijiet tal-awtur u r-regoli relatati mal-protezzjoni tad-data personali.
Ċaħda ta' responsabilità Il-Grupp PPE iżomm dan is-sit web biex isaħħaħ l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar l-inizjattivi tiegħu u l-politiki tal-Unjoni b'mod ġenerali. L-għan tagħna hu li nżommu din l-informazzjoni aġġornata u preċiża. Jekk tinġibed l-attenzjoni tagħna għal xi żbalji, aħna nagħmlu ħilitna biex nikkoreġuhom. Madankollu, il-Grupp ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligu fir-rigward tal-informazzjoni fuq dan is-sit. Din l-informazzjoni hi:
Niġbdu l-attenzjoni li ma jistax jiġi ggarantit li d-dokument disponibbli online jirriproduċi bl-eżatt test adottat uffiċjalment. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tkun ġiet ippubblikata fl-edizzjonijiet elettroniċi tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss hija meqjusa awtentika. L-għan tagħna hu li nnaqsu tħarbit ikkawżat minn żbalji tekniċi. Madankollu, xi data jew informazzjoni fis-sit tagħna setgħet inħolqot jew ġiet strutturata f'fajls jew formati li ma jkunux mingħajr żbalji u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jiġix interrott jew affettwat b'xi mod ieħor minn problemi bħal dawn. Il-Grupp PPE ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta' problemi bħal dawn li jkunu ġġarrbu bħala riżultat tal-użu tas-sit jew kwalunkwe sit estern marbut miegħu. B'mod ġenerali, il-Grupp PPE ma jistax jinżamm responsabbli għal problemi ta' natura teknika ta' kwalunkwe tip li taffettwa t-trażmissjoni tas-sit. Il-Grupp jirriservż d-dritt li jimmodifika, temporanjament jew permanentement iwaqqaf kull sit jew parti minnu, mingħajr avviż minn qabel jew kumpens. Il-Grupp PPE taħt l-ebda ċirkostanza ma jista' jinżamm responsabbli minnek jew minn xi parti terza għal kwalunkwe tibdil, interruzzjoni, sospensjoni jew tneħħija tas-sit. Din id-dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà mhijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Grupp bi ksur ta' kwalunkwe rekwiżit stipulat fil-liġi nazzjonali applikabbli lanqas biex teskludi r-responsabbiltà tiegħu għal kwistjonijiet li ma jistgħux ikunu esklużi skont dik il-liġi.
Avviż dwar id-drittijiet tal-awtur © EPP Group, 2012-2027 It-testi u l-informazzjoni multimedjali kollha (ħsejjes, stampi, software, eċċ) fuq dan is-sit huma l-proprjetà intellettwali tal-Grupp PPE, jew informazzjoni li għaliha l-Grupp akkwista u/jew innegozja d-drittijiet. Għalhekk, it-testi, ir-ritratti, il-videos, l-avviżi, il-logos, id-ditti u l-elementi oħra kollha riprodotti fuq dan is-sit huma riservati u protetti mil-Liġi tat-Trademarks u/jew mid-drittijiet tal-awtur u/jew mid-dispożizzjonijiet l-oħra kollha fis-seħħ li japplikaw għas-sjieda intellettwali. Ir-riproduzzjoni hi awtorizzata, dment li s-sors ikun magħruf, ħlief jekk ma jkunx dikjarat mod ieħor. CIl-kontenut, b'mod partikolari l-kontenut multimedjali, irid ikun riprodott fil-forma oriġinali tiegħu u m'għandux ikun editjat jew mibdul b'xi mod ieħor għall-użu għal skopijiet għajr dawk oriġinarjament maħsuba. Kwalunkwe użu illegali tas-sit kollu jew parti minnu (piraterija, iffalsifikar, eċċ) jista' jwassal għal prosekuzzjoni skont il-liġijiet fis-seħħ. Fejn irid jintalab permess minn qabel għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħsejjes, stampi, software, eċċ), tali permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar kwalunkwe restrizzjoni għall-użu.
Protezzjoni tad-Data Personali Il-Grupp PPE hu impenjat lejn il-privatezza tal-utent. Il-politika tiegħu dwar il-privatezza hi bbażata fuq ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE. Din il-politika ġenerali tkopri l-familja ta' siti web tal-Grupp PPE. Għalkemm int tista' tibbrawżja f'ħafna minn dawn is-siti web mingħajr ma tagħti informazzjoni dwarek innifsek, f'xi każijiet, tkun meħtieġa informazzjoni personali sabiex jiġu pprovduti s-servizzi elettroniċi li int titlob. Is-siti web li jirrikjedu tali informazzjoni jindirizzaha skont il-politika deskritta fil-Regolament imsemmi hawn fuq. Tista' ssib aktar informazzjoni dwar l-użu tad-data tiegħek għal dawn is-servizzi hawn taħt u, f'xi każijiet, informazzjoni addizzjonali tinsab fuq is-siti web infushom. IF’dan ir-rigward:
Il-familja tas-siti web tal-Grupp PPE tiprovdi links għal siti ta' partijiet terzi. Peress li dawn ma għandniex kontroll fuqhom, inħeġġuk taqra l-politiki dwar il-privatezza tagħhom.
X'inhu servizz elettroniku? Servizz elettroniku fis-siti web tal-Grupp PPE hu servizz jew riżorsa li ssir disponibbli fuq l-Internet sabiex ittejjeb il-komunikazzjoni bejn iċ-ċittadini u n-negozji fuq naħa u l-Grupp politiku Ewropew fuq l-oħra. Attwalment qed noffru servizzi ta' informazzjoni li jipprovdu liċ-ċittadini, lin-negozji, lill-amministrazzjonijiet u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet b'aċċess faċli u effettiv għal informazzjoni, b'hekk tiżdied it-trasparenza u l-fehim tal-politiki u l-attivitajiet tal-Grupp. Dawn jinkludu servizzi ta' bullettin u l-possibbiltà li ssir lista ta' kuntatti favoriti tiegħek, li għalihom inti mitlub toħloq kont.
Id-dikjarazzjoni dwar il-politika dwar il-privatezza tagħna tkopri l-informazzjoni li ġejja dwar l-użu tad-data tiegħek:
X'informazzjoni niġbru dwarek, għaliex u kif? Meta tabbona biex tirċievi l-bulettini tagħna, jew tkun trid iżżomm lista tal-kuntatti tal-Grupp tal-PPE tiegħek, aħna noffrulek l-għażla li toħloq kont fuq is-sit web tagħna. Sabiex tagħmel dan, aħna nitolbuk tipprovdi l-indirizz tal-posta elettronika tiegħek li fih tixtieq tirċievi avviżi u li jservi bħala login. Dan l-indirizz tal-posta elettronika jinħażen fil-bażi tad-data tagħna tal-bulettin sabiex aħna nkunu nistgħu nużawh kull darba li nibagħtu allert. Inti tintalab iddaħħal password, li tiġi kriptata. Int tintalab ukoll iddaħħal l-isem tiegħek, kunjomok, il-lingwa preferuta u tindika jekk intix membru tal-istampa. Aħna nużaw din l-informazzjoni sabiex nistgħu nindirzzawk b'ismek u nkunu nafu b'liema lingwa nibagħtulek il-kontenut meta jkunu disponibbli t-traduzzjonijiet. Jekk tindika li int membru tal-istampa, nistgħu nibagħtulek wkoll stediniet għall-istampa. Aħna nużaw l-applikazzjoni għall-bulettin tagħna biex nagħmlu kuntatt b'informazzjoni li inti tkun tlabt li tirċievi u d-dettalji jinħażnu f'bażi tad-data interna li għaliha aħna biss għandna aċċess. Inti tista' tintalab ukoll iddaħħal informazzjoni addizzjonali, bħall-ismek u kunjomok, l-isem tal-organizzazzjoni tiegħek, pajjiżek u jekk intix professjonist tal-media. Din l-informazzjoni tinħażen imma ma tintużax. Aħna nistgħu nikkonsultaw din id-data biex tgħinna nivvalutaw liema informazzjoni hi rilevanti biex tintbagħat lill-abbonati tagħna fil-bulettini tagħna. Aħna nużaw Google Analytics biex niġbru statistika fis-sit tagħna, inkluża informazzjoni dwar minn liema pajjiżi jiġu l-viżitaturi tagħna. Aħma nagħmlu dan sabiex nanalizzaw u ntejbu s-sit web tagħna u s-servizzi li noffru. Madankollu aħna ma niġbrux l-indirizz IP komplet. Aħna nistgħu nużaw ukoll kwalunkwe dettall li inti tipprovdi biex nirrispondu għal mistoqsijiet li inti tibgħatilna, kemm bit-telefon kif ukoll bil-posta elettronika.
Lil min niżvelaw l-informazzjoni dwarek? Il-Grupp PPE jiżvela biss l-informazzjoni dwarek lil partijiet terzi jekk dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-iskop/ijiet identifkat/i hawn fuq għar-(jew kategorijiet ta') reċipjenti msemmija hawn fuq. Il-Grupp mhux se jiżvela d-data personali tiegħek għal skopijiet diretti ta' kummerċjalizzazzjoni.
Kif tista' inti taċċessa l-informazzjoni dwarek u tikkoreġiha jew tbiddilha? Inti tista' tneħħi l-abbonament tiegħek mill-bulettin tagħna fi kwalunkwe ħin billi tikklikkja fuq il-link Unsubscribe fil-qiegħ ta' kwalunkwe bulettin tagħna. Biex timmodifika d-dettalji tiegħek, tbiddel il-preferenzi, jew tkun taf x'informazzjoni nżommu, inti tista' tilloggja wkoll fil-kont tiegħek fuq is-sit web tagħna. Għal aktar mistoqsijiet, tista' tikkuntattjana fuq eppgroup@europarl.europa.eu.
Għal kemm żmien inżommu d-data tiegħek? Aħna nżommu d-data tiegħek sakemm tibqa' abbonat għas-servizzi tagħna jew sakemm ikun meħtieġ biex nirrispondi l-mistoqsija tiegħek. Ladarba tneħħi l-abbonament, din id-data titħassar mill-bażijiet tad-data tagħna. Aħna neqirdu wkoll data provduta biex nirrispondu għal mistoqsija jekk int titlob dan.
X'miżuri ta' sigrurtà nieħdu biex nissalvagwardjaw l-informazzjoni tiegħek? YId-data tiegħek tinżamm f'bażi tad-data sikura. Is-servers tal-internet tal-Grupp PPE huma protetti minn Firewall korporat u l-bażijiet tad-data huma sikuri b'login u password speċifiċi.
Meta nistgħu nużaw id-dettalji tiegħek biex nikkuntattjawk? Aħna nużaw id-dettalji tiegħek kull darba li nibagħtulek bullettin li għalih tkun abbonajt. Aħna nużaw ukoll id-dettalji tiegħek biex inwieġbu għal kull mistoqsija li tibgħatilna.
Kif nużaw il-cookies? Aħna nużaw il-cookies biex inżommu s-settings tiegħek (eż. għażla tal-lingwa tad-displej) meta inti żżur is-sit tagħna jew meta tilloggja fil-kont tiegħek (eż. meta tittikkja "Remember me" waqt li tilloggja fil-kont tiegħek), meta titlobna nagħmlu dan.
Xi tkun cookie? Cookie hi ammont żgħir ta' data, li spiss tinkludi identifikatur uniku li jintbagħat lill-brawżer tal-kompjuter tiegħek jew telefon ċellulari (riferut hawn bħala "apparat") minn sit web tal-kompjuter u jinħażen fid-diska riġida tal-apparat tiegħek. Kull sit web jista' jibgħat il-cookie tiegħu lill-brawżer tiegħek jekk il-preferenzi tal-brawżer tiegħek jippermettu dan, imma (biex tkun protetta l-privatezza tiegħek) il-brawżer tiegħek jippermetti biss li sit web jaċċessa l-cookies li tkun diġà bgħatt inti, mhux il-cookies li jintbagħtu minn siti web oħra. Ħafna siti web jagħmlu dan meta utent iżur is-sit web tagħhom sabiex jinżamm rekord tal-flussi tat-traffiku online.
Cookies analitiċi:
Kif nużaw emails li int tibgħatilna? Xi paġni web fuq is-siti web tal-Grupp PPE għandhom buttuna "Contact", li tieħdok għal paġna b'indirizz elettroniku fiha. Jekk inti tikklikkja fuq dan l-indirizz tal-posta elettronika, is-software tal-indirizz elettroniku tiegħek jiġi attivat u dan jistiednek tibgħat il-kummenti tiegħek f'indirizz elettroniku funzjonali speċifiku. Meta inti tibgħat messaġġ, id-data personali tiegħek tinġabar biss safejn ikun meħtieġ biex tintbagħat tweġiba. Jekk it-tim tal-ġestjoni tal-indirizz elettroniku ma jkunx f'pożizzjoni li jagħtik tweġiba, il-messaġġ tiegħek jiġi mgħoddi lil servizz ieħor. Jekk ikollok xi mistoqsija dwar l-ipproċessar tal-posta elettronika tiegħek u data personali relatata, tiddejjaqx tinkludi dan fil-messaġġ tiegħek.
Lil min nista' nikkuntattja għal informazzjoni addizzjonali? Ibgħatilna email fuq epp-internet@europarl.europa.eu
Bidliet fil-Politika dwar il-Privatezza tal-Grupp PPE Din il-Politika dwar il-Privatezza tista' tiġi aġġornata minn żmien għall-ieħor, għalhekk inti tkun trid tiċċekkja dwar dan kull darba li tibgħat informazzjoni personali lill-Grupp PPE. Id-data tal-aktar reviżjonijiet reċenti jidhru fuq din il-paġna. Jekk ma taqbilx ma' dawn it-tibdiliet, jekk jogħġbok tibqax tuża s-siti web tal-Grupp PPE biex tibgħat informazzjoni personali lill-Grupp PPE. Jekk ikun hemm bidliet materjali għall-Politika dwar il-Privatezza aħna ninnotifikawk billi nqiegħdu avviż prominenti fuq dan is-sit web.
Aġġornata l-aħħar: 24.10.2019