Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
Wara serje ta’ attakki terroristiċi li ħasdu l-Ewropa f’dawn l-aħħar snin, aħna konna l-ewwel forza politika biex nifhmu l-urġenza li nsaħħu l-infrastruttura tas-sigurtà tal-Ewropa. It-terroriżmu huwa theddida globali li jeħtieġ li tiġi indirizzata fil-livelli lokali, nazzjonali, Ewropej, reġjonali u globali.
Aħna niffavorixxu politiki b’saħħithom biex nipprevjenu r-radikalizzazzjoni u nintegraw individwi dissodisfatti biex tiġi indirizzata l-problema ta’ terroristi “domestiċi”. Il-kumpaniji tal-internet għandhom sehem kbir tar-responsabbiltà fl-involviment f’dawn l-isforzi, mill-prevenzjoni tat-tixrid ta’ propaganda tat-terroristi għal kooperazzjoni ma’ awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.
Biex jiġġieldu b’mod effettiv it-theddida dejjem tikber ta’ “ġellieda barranin”, il-pajjiżi tal-UE jridu jarmonizzaw ir-reazzjonijiet immedjati u l-approċċ tagħhom għall-kwistjoni. Il-Grupp PPE mexxa sforzi biex jiddaħħlu fis-seħħ kontrolli sistematiċi tal-persuni kollha li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE biex jiġu identifikati ġellieda barranin li jirritornaw lejn it-territorju tal-UE.
Filwaqt li l-ġlieda kontra t-terroriżmu hija l-kompetenza esklussiva tal-Istati Membri, l-UE għandha tagħmel ħilitha kollha biex tiffaċilita l-ħidma tal-infurzar tal-liġi nazzjonali. Għal dan il-għan, aħna appoġġjajna l-aġġornament tal-qafas legali dwar it-terroriżmu fil-kontinent kollu biex jiġu klassifikati b’mod ċar bħala reati l-ippjanar u l-iffinanzjar ta’ atti terroristiċi, kif ukoll l-ivvjaġġar barra mill-pajjiż għal finijiet terroristiċi.
Aħna qed nadottaw ukoll mezzi biex naġixxu kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, billi nħeġġu lill-pajjiżi tal-UE jikkondividu informazzjoni b’mod aktar effettiv. Aħna appoġġjajna b’mod qawwi l-EUROPOL, l-aġenzija tas-sigurtà tagħna, fl-isforzi tagħha biex issir ċentru tal-UE għall-iskambju tal-intelliġenza u l-informazzjoni, li huwa kruċjali biex jiġu prevenuti atti terroristiċi.
Kull sena, il-pulizija tirrapporta madwar 30 miljun reat fl-UE, minbarra reati minuri. Għaldaqstant, aħna niġġieldu kontinwament għal liġijiet li jiffokaw fuq il-vittmi, biex niżguraw li qed jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tagħhom u nipproteġu d-dinjità u s-sigurtà tagħhom.
Il-ġlieda kontra t-terroriżmu