Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
L-ekonomija globali ġabet sfidi ġodda għall-mudell soċjetali Ewropew: kompetizzjoni bbażata fuq standards soċjali u ambjentali baxxi f’pajjiżi terzi; modi ġodda ta’ ħidma żviluppati mill-ġganti diġitali; u l-prattiċi tal-evitar tat-taxxa li ppermettew lill-kumpaniji biex jagħmlu negozju fuq art Ewropea mingħajr ma jħallsu t-taxxi fejn iwettqu l-attività ekonomika tagħhom.
Aħna nemmnu li l-mudell tal-ekonomija soċjali tas-suq huwa xorta waħda fl-aħjar pożizzjoni biex iwieġeb għal dawn l-isfidi l-ġodda.
L-innovazzjoni ġġib tibdil, iżda l-Ewropa tista’ tiżgura li dawn l-isfidi jkunu għall-benefiċċju tal-Ewropej. Avvanzi ġodda fis-saħħa elettronika, it-trasport konness, l-ippjanar urban intelliġenti, il-biedja sostenibbli jew l-inklużjoni għal persuni b’diżabilità huma kollha mmirati biex l-innovazzjoni tiffunzjona għan-nies. Il-biża’ tal-innovazzjoni hija għal forzi politiċi skaduti. Il-Grupp PPE jħaddan l-innovazzjoni, filwaqt li jaħdem fuq miżuri biex ikun żgurat li ħadd ma jibqa’ lura
Aħna naħdmu fuq ftehimiet ta’ kummerċ ħieles u ġust li jirrispettaw l-istandards soċjali u d-drittijiet tal-konsumatur tagħna u jipprevjenu prattiċi kummerċjali żleali minn pajjiżi terzi li jistgħu jagħmlu ħsara lill-impjiegi Ewropej.
Aħna naħdmu biex noħolqu l-ambjent adatt fl-Ewropa biex l-ekonomija diġitali tikber u l-mudelli kummerċjali l-ġodda jiżviluppaw, filwaqt li niżguraw li l-ħaddiema fl-industrija diġitali jgawdu livell ugwali ta’ protezzjoni bħal dawk f’setturi tradizzjonali.
Aħna naħdmu fuq xibka ta’ sikurezza għal dawk li l-impjiegi tagħhom huma mhedda minħabba fid-diġitalizzazzjoni, filwaqt li nipprijoritizzaw l-edukazzjoni, it-tagħlim tul il-ħajja u l-litteriżmu diġitali sabiex in-nies ikunu jistgħu jibqgħu fis-suq tax-xogħol.
Aħna naħdmu biex niżguraw is-solidarjetà interġenerazzjonali billi nevitaw aktar dejn għal ġenerazzjonijiet futuri u niddefendu pensjonijiet ġusti għall-anzjani.
Aħna naħdmu biex niżguraw li l-kumpaniji diġitali jkollhom l-istess regoli bħall-kumpaniji tradizzjonali, intemmu l-evitar tat-taxxa u nġiegħlu lill-kumpaniji jħallsu meta jwettqu l-attività ekonomika tagħhom.
Ftehim ġust għall-Ewropa