Il-Parlament Ewropew jitlob il-Kummissjoni Ewropeja tinvestiga l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar Noise Pollution Malta

20.02.2025 12:02

Il-Parlament Ewropew jitlob il-Kummissjoni Ewropeja tinvestiga l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar Noise Pollution Malta

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

MEP Peter Agius
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

‘Mhux ser naċċetta li d-drittijiet Ewropej ma jiġux applikati f’Malta. Eluf ta’ residenti ma jistgħux jgħixu fil-paċi bil-livell ta’ ħsejjes. Jista’ jinstab bilanċ bejn attivita kummerċjali u dritt tar-residenti li jgħixu ħajjithom. Il-gvern ma jistax jibqa jinjora d-drittijiet. Nilqa d-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew fejn il-Kummisjsoni tintalab tressaq rapport dettaljat dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva Ewropea dwar il-ħsejjes f’Malta.’

Brussell: Il-Kumitat tal-Petizzjonijiet fil-Parlament Ewropew illum sema’ u ddibatta l-petizzjoni li ressqu l-MEP Peter Agius (EPP, MT) u l-Membru Parlamentari Nazzjonalista Albert Buttigieg dwar l-infurzar tad-drittijiet Ewropew dwar Noise Pollution għal ħinijiet ta’ mistrieħ u limiti legali tal-ħsejjes fl-20 ta’ Frar. Il-petizzjoni tressqet f’isem eluf ta’ residenti, partikolarment ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan u tinsisti għal azzjoni immedjata biex jiġi żgurat kontroll effettiv tal-inkonvenjenti mill-ħsejjes.

Anna Maria Baldacchino mis-Sliema Residents Group indirizzat il-kumitat tal-Parlament Ewropew u spjegat kif ir-residenti ilhom snin jgħixu ħinijiet twal kuljum bl-inkonvenjent ta’  mużika amplifikata jew xogħlijiet storbjużi fit-toroq. Baldacchino spjegat li kellhom jikbtu lill-Parlament Ewropew għax kull darba li jitolbu lill-Awtoritajiet Maltin, dawn dejjem jgħidulhom li ma jistgħu jagħmlu xejn. Dan minkejja li hemm direttivi Ewropej li huma parti mill-liġijiet Maltin li iżda mhux jiġu mplimentati.

L-MEP Peter Agius qal li mhux aċċettabbli li  n-“Noise Action Plan for Malta Agglomeration 2019-2024” għadu mhux implimentat, u minħabba f’hekk qed iħalli lir-residenti esposti għal livelli eċċessivi ta’ ħsejjes mingħajr protezzjoni. Dan meta  u l-pjani t’azzjoni huma obbligatorji bid-direttivi Ewropew.

Il-Kumitat tal-Petizzjonijiet laqa’ l-petizzjoni u talab lill-Kummissjoni Ewropea tinvestiga n-nuqqas ta’ konformità ta’ Malta, titlob l-infurzar tal-kontrolli fuq il-ħsejjes, u tesplora rimedji għal dawk affettwati.

L-MEP Agius qal: “Ejja nkomplu niddefendu d-dritt tagħna għal ambjent aktar kwiet u b’saħħtu għax b’hekk biss ikollna kwalita’ ta’ ħajja aħjar”

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'188 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat