Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
12.06.2024 11:03
Is-saltna tad-dritt prijorità - von der Leyen lil Casa
Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Waqt l-ewwel laqgħa tal-Grupp tal-PPE fil-Parlament Ewropew, il-kandidat tal-PPE għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen assigurat li fost il-prijoritajiet għall-ħames snin li ġejjin se jkun hemm l-ambjent, l-Ukrajna, u l-aktar pertinenti, is-saltna tad-dritt.
Waqt il-laqgħa tal-grupp, l-MEP u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-PN David Casa tkellem dwar ir-riżultati tal-elezzjonijiet tal-PE u enfasizza l-importanza li s-saltna tad-dritt f’Malta tkun imtejba wara kampanja mimlija tensjoni mill-Gvern Laburista karatteristizzata minn attakki frekwenti fuq il-ġudikatura.
Casa rrefera għal “żviluppi importanti dwar is-saltna tad-dritt”, fejn iddeskriva l-“attakk terribbli” fuq il-ġudikatura, il-midja, u ż-żewġ MEPs tal-PN fl-aħħar snin, billi ttimbrahom bħala tradituri tul il-kampanja.
“Is-sitwazzjoni tas-saltna tad-dritt f’Malta marret għall-agħar b’mod sinifikanti u x’aktarx se tkompli tiddeterjora,” wissa Casa.
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'177 Membru mill-Istati Membri kollha.
MEP
Kap tal-Unità tal-Istampa Nazzjonali Uffiċjal tal-Istampa għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa Stampa Nazzjonali, il-Midja Portugiża
6 / 50