Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea. L-SMEs jipproduċu 58% tal-PDG tal-Unjoni Ewropa u huma responsabbli għal 67% tal-impjiegi kollha fis-settur privat. Huma jixprunaw l-innovazzjoni, jadattaw b’mod faċli għall-forzi tas-suq, għandhom impatt ekonomiku b’saħħtu fis-setturi kummerċjali kollha, jiġġeneraw l-impiegi u jipprovdu forza tax-xogħol żagħżugħa u kwalifikata. Ir-responsabbiltà diretta għat-tmexxija ta’ dawn l-intrapriżi hija ta’ spiss ta’ figuri imprenditorjali b’saħħithom iffukati fuq il-familja, li jagħmilhom pilastru importanti ta’ tkabbir ekonomiku. Bil-kapital ta’ ekwità aktar mill-medja u firxa wiesgħa ta’ riskji ta’ investiment, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jibqgħu sodi meta ffaċċjati mill-kriżi finanzjarja globali.
Aħna nemmnu li l-leġiżlazzjoni tal-UE jeħtieġ li tiġi vvalutata għall-impatt tagħha fuq l-SMEs. L-approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd” mhux dejjem huwa l-aktar approċċ xieraq. Ir-regoli tal-UE m’għandhomx jirriżultaw f’piż sproporzjonat u restrizzjonijiet burokratiċi fuq intrapriżi iżgħar, li jagħmluha impossibbli li jiffjorixxu.
B’mod parallel, l-SMEs għandu jkollhom aċċess aħjar għall-finanzjament. Bħalissa, dan huwa l-ostakolu ewlieni għat-tkabbir tagħhom. Biex tingħeleb din id-diffikultà, xprunajna strumenti bħal COSME. Aħna niddefendu wkoll ir-rilaxx ta’ kapital mhux użat biex jiġu komplimentati l-opportunitajiet ta’ finanzjament provduti minn programmi ta’ riċerka tal-UE u biex jiġu promossi forom alternattivi ta’ finanzjament, inkluż il-kapital ta’ riskju.
In-negozji l-ġodda huma dejjem SMEs fl-oriġini tagħhom. Jekk l-Ewropa tixtieq li jkollhom rwol vitali fir-revoluzzjoni tal-innovazzjoni, jeħtieġ li jkollna ambjent regolatorju li jippermettilhom jiffjorixxu u jespandu n-negozju tagħhom minn naħa għal oħra tal-fruntiera.
Ngħinu n-negozji ż-żgħar biex jirnexxu