Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
Impjieg wieħed minn kull sebgħa fl-UE jiddependi fuq il-kummerċ mad-dinja esterna. Il-kummerċ ħieles joħloq tkabbir ekonomiku u impjiegi u jsaħħaħ ir-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi Ewropej mal-pajjiżi terzi. Filwaqt li forzi politiċi oħra jemmnu li l-faqar huwa riżultat tal-kummerċ, aħna nemmnu li huwa l-aħjar mod kif jittejbu l-istandards tal-għajxien u jitnaqqas il-faqar fl-UE u madwar id-dinja.
Bi ftehim kummerċjali fundamentali mal-Kanada, li aħna nappoġġjaw bis-sħin, l-Ewropa indikat li hija impenjata b’mod ċar għal sistema multilaterali miftuħa ta’ kummerċ ħieles u ġust. Aħna nappoġġjaw il-ftuħ u nirrifjutaw il-protezzjoniżmu; aħna nixtiequ ngħinu fil-formazzjoni ta’ regoli tal-kummerċ globali f’konformità mal-istandards għoljin u l-valuri tagħna.
F’kuntest globali li qed jiġi sfidat attwalment, aħna nibqgħu impenjati lejn kummerċ ġust u ħieles u rridu swieq miftuħa għall-kumpaniji u l-prodotti tagħna, filwaqt li jinżammu kundizzjonijiet ekwi. Il-ftehim kummerċjali li ġie konkluż riċentement mal-Ġappun huwa pass ieħor f’din id-direzzjoni; dan se jiftaħ lis-suq lokali għal kumpaniji Ewropej, li diġà jesportaw aktar minn €58 biljun f’oġġetti u €28 biljun f’servizzi lejn il-Ġappun kull sena.
It-trasparenza u l-ftuħ fl-istadji kollha tan-negozjati kummerċjali huma r-regola tagħna, iżda aħna niddefendu l-kunfidenzjalità fejn meħtieġ biex jinkisbu l-aħjar riżultati.
Il-Grupp PPE appoġġja wkoll strumenti tad-difiża kummerċjali tal-UE sodi u proporzjonati, biex l-impjiegi taċ-ċittadini tagħna jiġu mħarsa minn prattiċi kummerċjali żleali minn pajjiżi terzi li qed jimlew is-swieq tagħna bil-prodotti tagħhom. Bl-istess mod, aħna niddefendu l-iskrinjar minn qabel tal-investimenti kollha tal-pajjiżi terzi f’setturi ekonomikament strateġiċi tal-UE
Kummerċ ħieles u ġust