Soup kitchen innominata minn Casa tirbaħ il-Premju taċ-Ċittadin Ewropew

28.06.2023 16:53

Soup kitchen innominata minn Casa tirbaħ il-Premju taċ-Ċittadin Ewropew

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Soup Kitchen OFM Valletta
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

The Soup Kitchen OFM Valletta hija r-rebbieħa tal-Premju taċ-Ċittadin Ewropew tal-2023, wara li ġiet innominata mill-MEP David Casa.

“Il-Patrijiet Franġiskani bdew joperaw il-proġett Soup Kitchen OFM Valletta fl-2021, ftit wara li l-inflazzjoni tal-prezzijiet tal-ikel wasslet lil dawk fil-periferija biex ifittxu l-għajnuna.”

Casa, li kien mexxa n-negozjati dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għal Dawk l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) bħala parti mir-regolament tal-FSE+, qal li l-inflazzjoni tal-ikel hija sfida urġenti fl-ekonomija tal-lum.

Huwa faħħar dan l-isforz, u qal li “nies bħal Dun Marcellino huma minn ta’ quddiem fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, u jassiguraw li dawk fil-periferija ma jsofrux iċ-ċaħda mill-bżonnijiet materjali bażiċi.”

“Huwa eżempju ewlieni ta’ solidarjetà Ewropea fost iċ-ċittadini,” kiteb Casa fin-nomina.

“Bl-għajnuna tad-donazzjonijiet u l-voluntiera, il-proġett ħoloq komunità ta’ solidarjetà u apprezzament soċjali biex tinżamm id-dinjità ta’ dawk li jinsabu f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali. Fil-qalba tal-proġett hemm it-twemmin għall-aktar dritt fundamentali Ewropew: id-dinjità tal-bniedem.

Is-sena l-oħra, Casa nnomina lid-Daphne Foundation għall-kontribut tagħha fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġustizzja, u li mbagħad intgħażlet bħala rebbieħa tal-2022.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'177 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat