Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
10.03.2021 10:40
Skultura artistika li tonora lil Daphne u lil Ján se tingħata lill-Parlament Ewropew
Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
L-iskultura kienet inawgurata f’wirja organizzata minn Casa fl-2020
L-iskultura li saret biex tonora l-memorja tal-ġurnalisti investigattivi maqtula Daphne Caruana Galizia u Ján Kuciak se tkun preżentata lill-President tal-Parlament Ewropew David Maria Sassoli, li mbagħad isib il-post għaliha fil-binja tal-Parlament Ewropew. Id-deċiżjoni ttieħdet din il-ġimgħa mill-Kulleġġ tal-Kwesturi, li l-Membru tal-Parlament Ewropew Malti David Casa hu Membru tiegħu.
L-iskultura artistika, li saret mill-artist Slovakk Martin Mjartan, kienet inawgurata mill-Kwestur David Casa u mill-Membru tal-Parlament Ewropew Slovakka u Chairperson tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali Lucia Ďuriš Nicholsonová, fi Frar 2020, fl-okkażjoni tat-tieni sena mill-qtil ta’ Ján Kuciak, waqt wirja organizzata fil-Parlament Ewropew fi Brussell, bl-isem ta’ ‘Immortal Truth’. L-arti tinkludi pilastru bil-kliem ‘verità’ u ‘immortali’ mnaqqxa fuqu.
Il-ftuħ tal-wirja kien indirizzat mill-qraba ta’ Daphne Caruana Galizia u Ján Kuciak, kif ukoll mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Valuri u t-Trasparenza Věra Jourová, u dik li kienet il-Viċi President tal-Parlament Ewropew u llum Kummissarju Ewropew Mairead McGuinness.
L-MEP David Casa esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għal din l-aħbar importanti għall-popli Malti u Slovakk. “Il-Parlament Ewropew jagħti importanza lis-suġġett tal-protezzjoni tal-ġurnalisti, speċjalment minn meta nqatlu Daphne Caruana Galizia u Ján Kuciak fis-snin li għaddew. Dan jidher fiċ-ċar mid-diversi rapporti, riżoluzzjonijiet u inizzjattivi li saru, mhux biss biex ifakkru l-ġurnalisti maqtula, imma biex jintalbu metodi ġodda ta’ kif jistgħu jkunu protetti l-ġurnalisti investigattivi, u biex il-ħidma tagħhom tkun segwita minn proċessi ġudizzjarji,” qal l-MEP Casa.
L-MEP Casa kien strumentali f’din l-inizjattiva. “Ftit ġranet wara li nqatlet Daphne, il-Parlament Ewropew semma l-Kamra tal-Konferenzi tal-Aħbarijiet fi Strasburgu għal Daphne Caruana Galizia. Is-sena li għaddiet, kellna suċċess bit-tnedija tal-Premju għall-Ġurnaliżmu Daphne Caruana Galizia, li se jingħata għall-ewwel darba f’Ottubru ta’ din is-sena. Dan hu eżempju konkret ta’ kemm il-Parlament Ewropew hu fuq in-naħa tal-verità u l-ġustizzja. Dan jikkuntrasta bi kbir mal-mod kif l-awtoritajiet Maltin ikomplu jittrattaw lil Daphne Caruana Galizia, anke wara li nqatlet minn individwi allegatament viċin l-uffiċċju tal-Prim Ministru.”
L-MEP Ďuriš Nicholsonová qalet: “Din hi aħbar eċċellenti hekk kif ninsabu pass eqreb li jkollna din l-istruttura esebita b’mod permanenti fil-Parlament Ewropew. Mhux biss m’għandna ninsew qatt lil Ján Kuciak u lil Daphne Caruana Galizia, imma rridu nkomplu ninsistu li ssir ġustizzja b’mod sħiħ, mhux biss għall-qtil, imma anke għall-istejjer li l-ġurnalisti kixfu.”
L-iskultura ġiet aċċettata mill-Kumitat Artistiku tal-Parlament Ewropew u mill-Kulleġġ tal-Kwesturi, peress li s-simboliżmu tagħha hu marbut mal-valuri Ewropej, b’mod partikolari l-libertà tal-kelma tal-ġurnalisti. L-arti hi magħmula mill-azzar, mill-istainless steel u mill-ħadid, u għandha tul ta’ 2 metri b’dijametru ta’ 50cm, u b’piż ta’ 100 kilogramm.
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'175 Membru mill-Istati Membri kollha.
Quaestor
David STELLINI
eks impjegat
6 / 50