Peter Agius jitlob valutazzjoni teknika Ewropea dwar l-skandlu tal-ID cards f’laqgħa mal-Kummissarju Ewropew Ilva Johansson.

17.10.2024 15:46

Peter Agius jitlob valutazzjoni teknika Ewropea dwar l-skandlu tal-ID cards f’laqgħa mal-Kummissarju Ewropew Ilva Johansson.

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Peter Agius MEP

Illum, l-MEP Peter Agius iltaqa’ mal-Kummissarju Ewropew Ilva Johannssen biex jiddiskuti l-iskandlu kurrenti ta’ dokumenti ta’ karti tal-identità foloz minn Identity Malta.

Sa 18,000 karta tal-identità foloz ġew allegatament maħruġa mill-awtorita matul is-snin li għaddew f’racket organizzat ta’ ‘dokumentazzjoni għall-flus’, li rriżulta f’telf ta' fiduċja pubblika fis-sistema tal-karti tal-identità ta’ Malta, li fl-aħħar mill-aħħar tagħti d-dritt għall-moviment ħieles fiż-Żona Schengen ġewwa l-Unjoni Ewropea kollha.

Fil-laqgħa tal-lum fil-Kwartieri Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell, l-MEP Peter Agius qal, “Biex nagħtu lura l-fiduċja fis-sistema tal-karti tal-identità għandna bżonn azzjoni pubblika u konkreta. Sfortunatament, il-Gvern baqa’ in denial. Is-sejħiet tal-PN għal azzjoni waqgħu fuq widnejn torox. Għaldaqstant qed nitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tgħinna bil-mezzi tekniċi tagħha biex tevalwa l-prattiċi kurrenti ta’ Identity Malta permezz ta’ valutazzjoni teknika skont ir-Regolament ta’ Schengen.”

Ir-Regolament tal-Valutazzjoni u Monitoraġġ ta’ Schengen fl-Artikolu 2022/922 jipprovdi, fil-fatt, għall-evalwazzjonijiet ġenerali jew tematiċi biex jivvalutaw il-prattiċi kurrenti tal-awtoritajiet lokali responsabbli mill-amministrazzjoni tar-regoli ta’ Schengen.

Il-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Interni Ilva Johannssen enfasizzat li l-awtoritajiet lokali iridu jiżguraw li r-regoli tal-libertà ta’ moviment jiġu implimentati biex jipproteġuna filwaqt li jagħtuna iktar libertajiet bħala ċittadini tal-UE.

“Il-Kummissjoni Ewropea tista’ tgħinna ntejbu d-drittijiet Ewropej tagħna. M’għandniex nibżgħu nużaw l-għodod tal-UE biex intejbu l-prattiċi lokali fejn dawn qed ifallu b’mod ċar. Għalhekk il-Maltin issieħbu mal-UE fl-aħħar mill-aħħar, biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna inkluż s-sigurtà tagħna. L-insistenza tal-Gvern li jieħu azzjoni pubblika dwar il-falliment fis-sistema tal-karti tal-identità ta’ Malta hija għal darb’oħra nuqqas ta’ serjeta mill-gvern. Bħala MEP għall-Malta u Għawdex, se nuża l-għodod kollha tal-UE għad-dritt tal-familji Maltin.” temm jgħid Dr Peter Agius.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'188 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat