Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
01.10.2024 10:21
Peter Agius iniedi programm ta’ ‘study visits’ għal żgħażagħ Maltin fil-Parlament Ewropew
Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
“Irrid niftaħ il-bibien taż-żgħażagħ Maltin fl-Ewropa. B’dan il-programm ta’ Study Visits, fejn 50 student ser jiġu jieħdu esperjenza diretta tal-Parlament Ewropew, qed inżomm mal-wegħda li għamilt li nżidu l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin fl-Ewropa”. Il-Membru Parlamentari Ewropew Peter Agius qal dan waqt li nieda l-ewwel programm tax-xorta tiegħu minn Membru Parlament Ewropew Malti f’Dar l-Ewropa l-Belt Valletta. Dr Agius kien akkumpanjat minn Dr Mario Thomas Vassallo u Dr Anne Marie Thake mid-Dipartiment tal-Istudju Politiċi u l-Governanza fl-Universita’ ta’ Malta li laqgħu l-inizjattiva ta’ Programm ta’ Study Visits fil-Parlament Ewropew bħala mod kif it-tagħlim fil-livell akkademiku jissaħħaħ b’esperjenzi prattiċi. Dr. Peter Agius qal li bil-programm ta’ Study Visits kull sena, madwar 15-il-student fil-livell terzjarju ser jibbenefikaw min żjarat sa tliet ġimgħat fl-uffiċċju tiegħu fi Brussel li matulhom jiksbu esperjenza tax-xogħol politiku u amministrattiv filwaqt li jkollhom aċċess għall-Parlament Ewropew u r-riżorsi varji tiegħu partikolarment fir-riċerka. Din l-opportunita’ hija mmirata l-iktar għal studenti li fl-istudji tagħhom jew fil-karriera li jkollom ħsieb jaqbdu, jkun hemm element Ewropew u b’hekk jistgħu jiksbu esperjenza konkreta ta’ kif titħaddem id-demokrazija Ewropea fil-Parlament Ewropew. Iż-żjarat se jkunu minimu ta’ ġimgħa sa tliet ġimgħat. Se tingħata għotja ta’ €700 li tkopri l-ivvjaġġar u akkomodazzjoni bażika. Wara proċess tal-għażla, l-applikanti jieħdu ħsieb l-arranġamenti loġistiċi skont id-dati taż-żjara tagħhom. L-Uffiċċju tal-MEP Agius se jipprovdi għajnuna fejn wieħed jista’ jsib akkomodazzjoni għal żmien qasir. Il-proċess ta’ applikazzjoni huwa faċli. Id-dettalji kollha jinsabu fuq on https://peteragius.eu/study-visits/. L-applikanti qed jintalbu biex jinkludu kitba qasira kif esperjenza fil-Parlament Ewropew ma’ Dr. Peter Agius tista’ tgħinhom kemm bħala studenti u fil-karriera prospettiva tagħhom. Dr. Agius qal li se jkun hemm bord tal-għażla li se jagħżel l-istudenti skont in-numru t’applikazzjonijiet. Dr. Agius qal li huwa kburi li fl-ewwel mitt jum tal-mandat tiegħu fi Brussell se jkun jista’ jgħin żgħażagħ Maltin u Għawdxin jiksbu ħiliet u esperjenzi ġodda li jservuhom tul il-ħajja. ‘L-Ewropa tista’ tkun spazju ta’ opportunitajiet kbar għall-Maltin u l-Għawdxin f’diversi setturi tas-soċjeta. Bħala MEP elett minn Malta ser nara li nressaq dawn l-opportunitajiet dejjem eqreb lejn il-Maltin u l-Għawdxin. Dan il-Programm ta’ Study Visits huwa parti minn dan il-proċess. Ser nagħmel ħilti biex niftħu opportunitajiet oħra fil-ġejjieni.’ għalaq Dr Peter Agius.
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'188 Membru mill-Istati Membri kollha.
MEP
Kap tal-Unità tal-Istampa Nazzjonali Uffiċjal tal-Istampa għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa Stampa Nazzjonali, il-Midja Portugiża
6 / 50