Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
26.09.2024 10:53
Peter Agius iħabbar għajnuna diretta għal-lingwa Maltija fil-Parlament Ewropew
Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
“Il-Malti Lsien Pajjiżna u rridu niddefenduh fl-Ewropa u ser nagħmel minn kollox għal dan.”
Hekk stqarr il-MPE Peter Agius, hekk kif saħaq l-importanza tal-użu tal-lingwa Maltija fi ħdan il-Parlament Ewropew. Agius kompla biex jgħid li waħda mill-ewwel inizjattivi li ħa f’postu bħala MEP kienet li iltaqa mad-Direttriċi Ġenerali għall-Interpretazzjoni fil-parlament Ewropew. Agius kompla biex jgħid li waqt il-laqgħa tiegħu mad-Direttriċi Ġenerali, hu spjegala ċar u tond li l-Parlament irid jitkellem il-Malti.
“Id-DG Agnieska Walter Drop spjegatli li wara l-inċidenti li kien hemm aktar kmieni din is-sena b’nuqqas ta’ interpreti, issa qed isir ħafna aktar sforz, tant li l-Parlament Ewropew għadu kemm approva grant speċjali ta’ 40,000 euro lill-Universita’ ta’ Malta biex ngħinu fit-taħriġ għal interpreti ġodda Maltin. Infetaħ ukoll taħriġ speċjalizzat għall-Maltin biex jitħarrġu fis-sengħa tal-Interpretazzjoni direttament fi Brussell. Dan kollu qed isir grazzi għall-presjsoni li għamilna favur il-Malti,” iddikjara Agius.
Madankollu, MPE Peter Agius stqarr li issa qed jistenna wkoll li l-Gvern Malti jagħmel il-parti tiegħu, kemm billi jappoġġja bi sħiħ dawn l-isforzi kif ukoll billi jara li huwa stess fil-fatt juża l-Malti, kemm internament kif ukoll fil-komunikazzjoni mal-istituzzjonijiet Ewropej.
B’Peter Agius jikkonkludi biex jgħid li “llum huwa l-Jum Ewropew tal-Lingwi fejn l-Ewropa trid tirrikonoxxi li jekk ma titkellimx il-ingwi tal-popli tkun bla vuċi.
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'188 Membru mill-Istati Membri kollha.
MEP
Kap tal-Unità tal-Istampa Nazzjonali Uffiċjal tal-Istampa għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa Stampa Nazzjonali, il-Midja Portugiża
6 / 50