Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
19.10.2023 12:49
Il-Parlament Ewropew ‘ixxukkjat’ b’Abela jċekken il-korruzzjoni, jappella għall-azzjoni mill-Kummissjoni
Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Il-Parlament Ewropew fi Strasburgu wassal akkuża qawwija dwar in-nuqqas tal-Gvern Malti li jindirizza l-kultura ta’ impunità li ppermettiet l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia sitt snin wara l-qtil brutali tagħha.
Il-Parlament indirizza l-aħħar skandli fejn stqarr li “jagħmluha evidenti li għad hemm kwistjonijiet serji ta’ governanza f’Malta u li dan jaffettwa kemm il-ħajja tan-nies f’Malta.”
Fir-riżoluzzjoni adottata b’vot illum, l-MPE stqarru li kienu “xxukkjati bid-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru tat-3 ta’ Ottubru 2023 li timminimizza l-gravità tal-atti ta’ korruzzjoni istituzzjonalizzata” li stakeholders f’Malta rreferew għaliha bħala “stedina għall-anarkija”.
L-MPE ddikjaraw wkoll li dawn l-istqarrijiet “ikomplu jsaħħu l-kultura ta’ impunità għall-uffiċjali pubbliċi allegatament involuti fi skandli”.
Ir-riżoluzzjoni tieħu nota tal-iskandli riċenti f’Malta b’mod partikolari l-iskandli tax-xiri tal-voti permezz tal-iskema korrotta tal-benefiċċji soċjali, kif ukoll ir-racket tal-liċenzji tas-sewqan.
Fost il-konklużjonijiet, l-ewroparlamentari għal darb’oħra esprimew tħassib kontinwu dwar l-impunità mogħtija lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat, kif ukoll lill-eks Chief of Staff Keith Schembri u lill-eks Ministru Konrad Mizzi. Huma "enfasiżżaw ukoll li l-ġurnalisti se jkomplu jkunu f'riskju sakemm ikun hemm impunità kontinwa għall-korruzzjoni".
L-MPE ikkundannaw ukoll l-interrogazzjoni riċenti tal-NGO Repubblika wara l-protesta tagħhom ħdejn ix-xandar pubbliku u ddikjaraw li “l-azzjoni mill-pulizija kontra attivisti tikkostitwixxi intimidazzjoni li għandha effett dissważiv fuq il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u tikkontribwixxi għat-trażżin tal-ilħna tas-soċjetà ċivili, b’mod speċjali fil-kuntest tal-impunità li għaddejja għar-reati”.
Il-Parlament appella lill-Kummissjoni biex “tqis bis-serjetà l-kultura ta’ impunità f’Malta u li tinsisti li jirritorna malajr ir-rispett għad-demokrazija u għall-istat tad-dritt” u biex “tuża l-għodod rilevanti kollha disponibbli għaliha biex tiżgura li l-liġi tiġi applikata b’mod ugwali għal kulħadd”.
L-MPE mill-partiti kollha xejnu d-dikjarazzjoni li saru mill-MPE Laburisti fejn qalu li m’hemm ebda impunità għall-korruzzjoni f’Malta, minkejja li għadu ma ġietx assigurata kundanna kriminali waħda għall-korruzzjoni kollha li Daphne ġiet assassinata talli investigat, u lanqas għal ebda każ minn dakinhar ‘l hawn.
F’kummenti wara li ttieħed il-vot, l-MPE David Casa qal: “L-aktar theddida sinifikanti għall-ġurnalisti sseħħ meta ma jkunx hemm ġustizzja għall-aġir ħażin li jikxfu, meta n-nies qrib il-poter ikomplu jingħataw l-impunità. Hija din il-kultura ta’ impunità stess li għamlitha possibbli li jseħħ il-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u din il-kultura għadha ferm magħna llum. Il-ħidma tagħna se tkompli sakemm inwaqqfuha aħna”.
Ir-riżoluzzjoni rċeviet appoġġ b’saħħtu b’437 vot favur, 14 kontra, u 66 astensjoni.
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'178 Membru mill-Istati Membri kollha.
MEP
David STELLINI
eks impjegat
6 / 50