Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
08.10.2024 11:14
Nsaħħu Idejn il-Poplu favur Tmexxija Tajba u kontra l-Korruzzjoni – MEP Peter Agius
Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
“Irridu insaħħu idejn il-Poplu favur Tmexxija Tajba u kontra l-Korruzzjoni”. Qal dan il-Membru Parlamentari Ewropej Peter Agius fl-ewwel diskors tiegħu bħala MEP waqt il-plenarja fi Strasburgu it-Tnejn filgħaxija.
Dr. Peter Agius tkellem dwar kif f’Malta, il-korruzzjoni qatlet lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia iżda għad hawn mingħalih jista’ jitfi l-vuċijiet ta’ min jisfida. “Qatluha biex jaħbu l-verita’ – u llum wara 7 snin mid-delitt - qisu ġie u għadda, u l-Gvern baqa’ jaħdem kif kien”, qal Dr. Agius. L-MEP Agius qal li saret Inkjesta Pubblika li sejħet għal bidliet radikali iżda l-Gvern ħalliha fuq l-ixkaffa.
“Pero ara ma taħsbux li ser jirbħu!! ... Daphne ħalliet ħafna eredi – kuljum... ġurnalisti u NGOs qalbiena jaffrontaw il-poter u l-flus biex jikfu l-korruzzjoni.Ejja nsaħħulhom idejhom”. Din is-sejħa saret waqt dibattitu fuq riżoluzzjoni dwar l-importanza tax-xandir pubbliku tajjeb, il-plulariżmu fil-media u l-ġurnaliżmu ndipendenti kontra l-fake news, il-popoliżmu u d-diżinformazzjoni fl-Unjoni Ewropeja.
Dr. Agius qal li l-Parlament Ewropew se jagħti l-għodda b’liġijiet bħall- Media Freedom Act u Ligi Ewropea kontra l-Korruzzjoni. Huwa sejjaħ il-Kummissjoni Ewropea biex tuża l-għodda u ċċaqlaq il-gvernijiet, inkluż dak f’Malta.
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'188 Membru mill-Istati Membri kollha.
MEP
Kap tal-Unità tal-Istampa Nazzjonali Uffiċjal tal-Istampa għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa Stampa Nazzjonali, il-Midja Portugiża
6 / 50