Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
11.10.2022 15:20
“Mhux ser nistrieħu sakemm issir ġustizzja sħiħa ma Daphne” - David Casa
Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Casa jorganizza attività ta' kommemorazzjoni fil-Parlament Ewropew bl-isem 'Daphne 5 snin ta' ġustizzja miċħuda'. L-MEP David Casa illum organizza attività fil-Parlament Ewropew, biex ifakkar il-ħames anniversarju mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, fetħet l-attività b’diskors indirizzat lil Membri Parlamentari Ewropej, ġurnalisti, u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili Ewropea, li kienu preżenti. Roberta Metsola tenniet l-impenn tal-Parlament Ewropew favur is-saltna tad-dritt u l-protezzjoni tal-ġurnalisti. Il-President Metsola sostniet "illum nibku għat-telfa ta' waħda minna, mara, omm, bint. Iżda dan in-niket irid jiġi trasformat f’determinazzjoni li nagħmlu aktar, li nkunu aktar impenjati u nkunu aktar magħquda fid-difiża tal-midja u l-libertà tal-istampa”.
Min-naħa tiegħu, David Casa afferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jaħdem għal ġustizzja sħiħa għal Daphne Caruana Galizia. "Il-ġustizzja ma tfissirx biss il-kundanna ta' min poġġa l-bomba. Trid tfisser ġustizzja għall-istejjer tagħha u t-tmiem tal-impunità, li dawk li hi kixfet għadhom igawdu minnha sal-lum".
Casa sellem lill-NGOs li jaħdmu fuq quddiem nett u rringrazzjahom tal-ħidma tagħhom u qal li l-Parlament Ewropew se jkompli jappoġġjahom fit-tfittxija tagħhom għall-verità u l-ġustizzja.
L-MEP Ramona Strugariu li, flimkien ma’ David Casa, hija Co-President tal-Media Working Group, indirizzat ukoll lill-folla. Hi tenniet l-impenn tagħha fil-ġlieda favur il-libertà tal-istampa f’isem Daphne. Hija talbet biex id-Direttiva proposta mill-Kummissjoni kontra s-SLAPP, tissejjaħ "Liġi ta' Daphne" b’unur lil Daphne Caruana Galizia, kif fil-fatt kienet ukoll talbet il-Viċi President tal-Kummissjoni Vera Jourova.
Fl-okkażjoni tal-ħames anniversarju mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, il-Parlament Ewropew se jħares lejn is-sitwazzjoni f’Malta, b’dibattitu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew fis-17 ta’ Ottubru u se jorganizza wkoll it-tieni edizzjoni tal-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu.
Casa, li kien strumentali fil-ħolqien tal-Premju, stqarr; "Jalla Daphne tispira lil oħrajn biex jiġġieldu għal dak li jemmnu fih u jżommu sodi f’xogħolhom meta jitolbu biex dawk fil-poter jagħtu kont ta’ għemilhom".
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'177 Membru mill-Istati Membri kollha.
MEP
David STELLINI
eks impjegat
6 / 50