Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
20.06.2018 13:24
L-MEP Roberta Metsola magħżula bħala n-negozjatriċi tal-EPP dwar l-istrateġija tal-UE fuq il-blockchain
Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Il-Membru tal-Parlament Ewropew għal Malta u Għawdex, Roberta Metsola ġiet magħżula mill-Partit Popolari Ewropew biex tifformula l-istrateġija għal Blockchain fi ħdan il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l- Intern.
"Nirringrazzja lill-PPE li għażilni bħala r-rappreżentant tiegħu fuq dan id-dossier kruċjali. Hija responsabbiltà kbira u waħda li tkompli tifformula l-politika tal-UE f’dan ir-rigward. L-għan tagħna hu li naraw kif nistgħu nisfruttaw l-potenzjal ekonomiku li l-FinTech tista’ toffri, filwaqt li nassiguraw li din tkun bilanċjata b’salvagwardji meħtieġa li għandhom jiġu implimentati li jiprevjenu l-abbuż tas-sistema u li jkomplu jibnu l-kunfidenza fil-proċess,” qalet Metsola.
L-MEP Metsola żiedet "Irridu nimxu minn viżjoni għar-realtà u niżguraw li r-regoli Ewropej u l-ekosistema istituzzjonali li teżisti tista’ tkun addattata u robusta biex tħaddan il-mudelli ġodda, tiġġenera impjiegi ġodda u toħloq żoni ekonomiċi ġodda li minnhom igawdi kulħadd. Diġà ltqajt u smajt minn numru ta’ stakeholders Maltin u Ewropej f’din l-industrija u smajt mingħandhom it-tħassib u l-ideat tagħhom. Jien se nkompli nibqa’ f’kuntatt f’dan il-proċess u l-bieb tiegħi dejjem miftuħ għad-diskussjonijiet u n-negozjati. Nafu x’hemm fin-nofs u aħna determinati li anke hawnhekk, nieħdu l-aqwa deċiżjonijiet.”
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'219 Membru minn 28 Stat Membru.
Matthew BONETT
eks impjegat
6 / 50