MEP Peter Agius jitlob azzjoni mill-Kummissarju għall-Istat tad-Dritt McGrath fuq il-korruzzjoni f’Malta.

19.12.2024 10:31

MEP Peter Agius jitlob azzjoni mill-Kummissarju għall-Istat tad-Dritt McGrath fuq il-korruzzjoni f’Malta.

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Peter Agius MEP

F’dibattitu mal-Kummissarju Ewropew ġdid għall-Istat tad-Dritt Michael McGrath - Dr. Agius staqsa fejn hi l-Ewropa għaċ-ċittadini Maltin li ta’ kuljum jaraw lill-Gvern tagħhom stess jisraqhom minn kuntratti pubbliċi, xogholijiet fantazma u proġett ta’ powerstation fid-dell tal-assassinju barbaru tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. 

Dr. Agius qal li l-Maltin jistennew azzjoni għax xebgħu iħallsu flus biex ħaddieħor jistagħna minn fuq darhom. L-Ewro Parlamentari Nazzjonalista rrefera għall-iskandlu tat-tliet sptarijiet, li ġie kkonfermat mill-Qrati. Qal li l-kuntratt frawdolenti ta’ 400 miljun kellu jieqaf mill-ewwel ġurnata ghax imur kontra l-public procurement directive. 

L-MEP Peter Agius kkritika lill-Kummissjoni Ewropeja talli qatt ma ħadet azzjoni, lanqas meta huwa stess uffiċċjalment talabha tinvestiga l-każ tliet snin ilu. 

Dr. Agius sejjaħ lill-Kummissarju McGrath biex jiżgura li l-Kummissjoni ma tibqax ma tatix każ li l-liġi tagħha stess ma tiġix rispettata fil-pajjiżi. Peter Agius tenna li ċ-ċittadini jridu Kummissjoni Ewropeja li tibda twaqqaf il-proċeduri meta jkun hemm abbuż ta’ flus pubbliċi. 

Qal li b’hekk biss nevitaw ħafna korruzzjoni kemm f’Malta u fl-Ewropa kollha.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'188 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat