Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
X'qed tfittex?
12.12.2024 11:08
Malta eżempju ta’ kif m’għandhiex tiġi trasposta l-Liġi ta’ Daphne – Casa jgħid lill-UE
Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-PN fil-Parlament Ewropew David Casa kiteb lill-Kummissjoni Ewropea u saħaq li l-mod kif ġiet implimentata il-liġi ta’ Daphne fil-leġiżlazzjoni domestika huwa eżempju ta’ kif dan m’għandux isir f’pajjiżi oħra.
“Id-Direttiva waħedha mhijiex effettiva daqs kemm tista’ tkun, u huwa għalhekk li kienet akkompanjata b’Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li kellha tkun parti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fiż-żmien ta’ traspożizzjoni.
“Li tiftaħar li kont l-ewwel biex idaħħal liġi imma daħħaltha b’mod ħażin mhijiex kisba effettiva. U fil-fatt għandha tkun eżempju tal-agħar prattika li stati membri oħra għandhom jevitaw,” wissa l-MEP Malti.
Fl-2022, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet direttiva limitata fl-iskop legali tagħha minħabba li t-Trattati jeħtieġu element traskonfinali (cross-border) sabiex ikun hemm bażi legali għal leġislazzjoni f’dan il-qasam.
Dawn il-limitazzjonijiet ġew indirizzati b’Rakkomandazzjoni li l-Istati Membri huma mħeġġa jaddottaw biex ikopru każijiet purament domestiċi tal-iSLAPPs kontra l-ġurnalisti.
“Il-Gvern Malti għażel li jipproteġi ġurnalisti barranin aktar mill-gazzetti Maltin stess. U fil-fatt il-Liġi ta’ Daphne f’Malta ma kienet tipprovdilha ebda protezzjoni. Mhija sorpriża xejn xħin tqis id-disprezz li għandu l-Gvern lejn il-ġurnaliżmu. Agħar minn hekk, flok apoloġija qegħdin jiftaħru b’dak li għamlu,” ikkonkluda l-MEP.
Casa kien fost l-ewwel politiċi li sejjaħ għal leġislazzjoni Ewropea kontra prattiċi legali abbużivi mmirati lejn il-ġurnalisti, magħrufa bħala SLAPP. Ilu jikkampanja għall-introduzzjoni ta’ din il-liġi mill-2017 sa fl-aħħar saret Direttiva Ewropea s-sena li għaddiet.
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'188 Membru mill-Istati Membri kollha.
Kap tad-Delegazzjoni
Kap tal-Unità tal-Istampa Nazzjonali Uffiċjal tal-Istampa għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa Stampa Nazzjonali, il-Midja Portugiża
6 / 50