Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
X'qed tfittex?
23.10.2024 15:28
Ir-Restawr tas-Saltna tad-Dritt hu l-aħjar mod sabiex nonoraw il-legat ta' Daphne - MEPs tal-PN
Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Waqt is-sessjoni tal-plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu sar dibattitu sabiex ifakkar seba' snin mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u jsir rendikont tal-istat tad-dritt f'Malta. Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija David Casa u l-MEP Peter Agius ipparteċipaw f'dan id-dibattitu.
L-MEPs għamlu referenza għar-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika, u kkritikaw lill-Gvern Malti minħabba li dawn ma ġewx implimentati. Huma komplew jinnutaw li l-kultura tal-impunità li għamlet l-assassinju possibbli għadha prevalenti ħafna sal-ġurnata tal-lum u ppuntaw lejn in-nuqqas ta' kundanni għall-korruzzjoni li Daphne kixfet.
L-MEP David Casa qal: "Għandna naħdmu biex nassiguraw li ssir ġustizzja mhux biss għall-assassinju nnifsu imma anke għall-korruzzjoni kollha li kixfet Daphne fix-xogħol investigattiv tagħha." Dan, flimkien mal-istat tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika, għandu jkun il-kejl ta' jekk is-saltna tad-dritt f'Malta hux qed jiffunzjona.
Is-Sur Casa kompla jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura monitoraġġ robust u konsegwenzi effettivi għan-nuqqasijiet fl-istat tad-dritt tal-Gvern Malti. "L-istituzzjonijiet għandhom jipproteġu lin-nies u mhux lill-politiċi korrotti. Huwa meta l-integrità tal-istituzzjonijiet tagħna tkun verament irrestawrata li aħna nkunu qed nagħmlu ġustizzja mal-legat ta' Daphne."
Min-naħa tiegħu l-MEP Peter Agius jinnota li "għal seba' snin, minflok riformi l-gvern Malti ħa d-demokrazija tagħna fid-direzzjoni opposta. Issa l-gvern irid idaħħal liġijiet ġodda ta' libell kriminali. Minflok jipproteġi l-ġurnalisti, jrid jipproteġi l-politiċi korrotti!"
Dr Agius ikkonkluda billi qal li "Wasal iż-żmien li l-Kummissjoni Ewropea li jmiss tneħħi l-ingwanti tal-bellus u tiżgura li Malta tirrispetta s-saltna tad-dritt u l-libertà tal-istampa — mhux biss fuq il-karta, iżda fil-prattika!"
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'188 Membru mill-Istati Membri kollha.
Kap tad-Delegazzjoni
MEP
Kap tal-Unità tal-Istampa Nazzjonali Uffiċjal tal-Istampa għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa Stampa Nazzjonali, il-Midja Portugiża
6 / 50