Il-Presidenti tal-UE jiffirmaw il-Fond Soċjali għall-Klima ta’ Casa

11.05.2023 13:25

Il-Presidenti tal-UE jiffirmaw il-Fond Soċjali għall-Klima ta’ Casa

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

David Casa MEP
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

Ir-Regolament tal-UE li jistabbilixxi l-Fond Soċjali għall-Klima, ta’ Casa, ġie formalment konkluż, hekk kif l-ogħla rappreżentanti tal-UE appoġġjaw il-Fond il-ġdid bil-firma tagħhom.

Fi Strasburgu saret ċeremonja tal-iffirmar li għaliha kien preżenti l-MPE David Casa bħala negozjatur ewlieni fuq il-Fond Soċjali għall-Klima. It-test finali ġie ffirmat mill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Svediża Jessika Roswall, bħala rappreżentant tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Ladarba ġie ffirmat, ir-regolament se jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b’hekk jintemm proċess li inkludi kważi 18-il xahar ta’ negozjati.

“Il-Fond Soċjali għall-Klima, li permezz tiegħu l-Maltin se jibbenefikaw minn mobilizzazzjoni ta’ €60 miljun, se jibda jopera fl-2026,” spjega Casa. “Jirrappreżenta investiment totali ta’ sa €86.7 biljun madwar l-Unjoni Ewropea għall-benefiċċju tal-familji u l-iżgħar intrapriżi.

“L-investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija se twassal għal inqas emissjonijiet, u għal aktar frankar fuq il-kontijiet fit-tul għaċ-ċittadini. Bħala r-ruħ soċjali tal-pakkett fit-for-55, il-Fond Soċjali għall-Klima huwa l-aktar pass soċjali importanti fit-transizzjoni klimatika.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'176 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat