Il-Kummissjoni Ewropeja tilqa’ t-talba tal-MEP Peter Agius għal għajnuna lil Malta biex tnaqqas l-inċidenti fil-kostruzzjoni.

07.02.2025 17:40

Il-Kummissjoni Ewropeja tilqa’ t-talba tal-MEP Peter Agius għal għajnuna lil Malta biex tnaqqas l-inċidenti fil-kostruzzjoni.

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

MEP Peter Agius and Isabelle Bonnici
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

Tikkonferma li Malta ma mplimentatx ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-kodiċi tal-bini.

Brussell, [08.02.2025]:  Malta għada ma mplimentatx il-kodiċi tal-bini u l-Kummissjoni Ewropeja lesta tgħinha fl-implimentazzjoni tagħhom biex tnaqqas l-inċidenti fil-qasam tal-kostruzzjoni. Dan kkonfermatu l-Kummissjoni Ewropeja fi tweġiba lill-MEP Peter Agius li ressaq l-appell ta’ Isabelle Bonniċi quddiem l-istituzzjonijiet Ewopej biex jimbuttaw il-Gvern Malti jimplimenta l-kodiċi tal-bini f’Malta. Bonniċi hija omma Jean Paul Sofia li miet traġikament f’sit ta’ kostruzzjoni li kixef diversi fallimenti fis-settur tal-kostruzzjoni li għadhom jippersistu sal-lum.

“Irrid nassiguraw li l-istandards Ewropej ikun mplimentati f’Malta. Dejjem sħaqt li għandna nuzaw l-isħubija tagħna fl-Ewropa biex insolvu l-problemi f’pajjiżna, anke dawk marbuta mal-industrija tal-konstruzzjoni li għada xuxxettibbli wisq għall-inċidenti u fatalitajiet. Ma nistgħux nippermettu narrattiva li aħna l-aqwa fl-Ewropa, meta dejjem qed jiżdiedu l-fatalitajiet fuq il-postijiet tax-xogħol u għadna mhux nimplimentaw sew r-regoli Ewropew”, qal l-MEP Peter Agius.

L-MEP Agius ressaq it-talbiet tieghu lilll-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Sejourne u sejjaħ biex permess taċ-Ċentru ta’ Riċerka Komuni tal-Unjoni Ewropeja, Malta tingħata għajnuna biex tkun tista’ tippubblika kodiċi nazzjonali li jiżgura iktar saħħa u sigurta’ fl-industrija tal-kostruzzjoni. Dan filwaqt li jiddefinixxi l-irwoli u r-responsabilitajiet ta’ dawk kollh ali jaħdmu fl-industrija. Fit-tweġiba tagħha, il-Kummissjoni Ewropeja qalet hekk:

‘3. Il-Kummissjoni għandha esperjenza vasta kif tgħin fl-implimentazzjoni u l-użu prattiku tal- Eurocodes b’mod tekniku, u dan jinkludi li toffri taħriġ lill-Awtoritajiet u aġenziji Nazzjonali, lill-akkademiċi u anke l-professjonisti […] Il-Kummissjoni se tibqa’ tappoġġja l-implimentazzjoni u l-użu tal-Eurocodes kif se jkunu emendati u ppubblikati fl-2027, u lesta tiddiskuti kull ħtieġa t’għajnuna”

“Issa hu iktar ċar minn qatt qabel. Il-Gvern għandu jfittex l-assistenza teknika mill-UE biex jimplimenta l-kodiċijiet tal-bini f'Malta, jadatthom għall-industrija lokali inkluż għal mod ta’ ġebla naturali li tintuża f’Malta u l-metodi ta’ kif nibnu. Irrid u se nkompli ninvesti iktar biex inkomplu nużaw is-soluzzjonijiet Ewropej biex inġibu riżultati konkreti għall-familji Maltin u Għawdxin kollha,” temm MEP Peter Agius.

Tista’ taċċessa l-mistoqsija Parlamentari u t-tweġiba tal-Kummissjoni Ewropea billi tidħol f’dawn il-links:

Parliamentary question | Building codes (eurocodes) in construction and a special mandate to the JRC to help introduce building codes in Malta | P-002974/2024 | European Parliament

Parliamentary question | Answer for question P-002974/24 | P-002974/2024(ASW) | European Parliament

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'188 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat