“Il-futur huwa l-Ewropa" - il-Viċi President Roberta Metsola

31.05.2021 11:58

“Il-futur huwa l-Ewropa" - il-Viċi President Roberta Metsola

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Roberta Metsola presiding over a plenary session for the European Parliament and holding a gavel.
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

“Il-ġejjieni tal-Ewropa huwa l-ġejjieni tal-Ewropej. Iċ-ċittadini għandhom jitqiegħdu fil-qalba tal-Ewropa tagħna," iddikjarat l-Ewwel Viċi President Roberta Metsola waqt li fetħet laqgħa ma' Membri Parlamentari ġejjin mill-irkejjen kollha tal-kontinent Ewropew u li jappartjenu għall-familja politika tal-PPE.

Illum u għada, il-Kumitati Parlamentari għall-Affarijiet Ewropej tal-Parlamenti Nazzjonali tal-Unjoni Ewropea qed iżommu l-laqgħa bijennali tagħhom, f'format ta' vidjokonferenza. Il-programm jinkludi diskussjoni dwar il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.

Lejn tmiem l-2019, l-istituzzjonijiet tal-UE ħabbru l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, li se ddum għaddejja sentejn sħaħ. L-għan ewlieni tal-Konferenza huwa li jiġu diskussi riformi li jgħinu lill-UE tiffunzjona aħjar għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej.

"Din hija l-essenza tal-filosofija tal-PPE: Bħala l-PPE, aħna dejjem imbuttajna għal parteċipazzjoni u involviment taċ-ċittadini akbar, responsabbiltà akbar għad-deċiżjonijiet, b'demokrazija parlamentari aktar vivaċi fuq livell nazzjonali u Parlament Ewropew aktar b'saħħtu fil-qalba tad-demokrazija Ewropea," spjegat il-Viċi President Roberta Metsola, li qed tmexxi d-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-laqgħa tal-lum u t’għada mal-Parlamenti Nazzjonali.

Minħabba l-pandemija, it-tnedija tal-Konferenza tal-Futur tal-Ewropa ħadet ħafna iktar milli kien ippjanat. Kien biss fid-19 ta 'April 2021, li l-pjattaforma diġitali multilingwali tal-Konferenza ittellgħet onlajn.

“Din hija r-raġuni għaliex il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa għandha jkollha approċċ miftuħ, attitudni pożittiva u għandha tagħmel minn kollox biex tqarreb l-UE lejn iċ-ċittadini. Dan il-proċess għandu jkun ambizzjuż, trasparenti u miftuħ għal kulħadd, minkejja l-fatt li l-bidu kellu jiġi ttardjat minħabba pandemija. Nixtieq nirringrazzja liċ-Chairman tagħna Manfred Weber għat-tmexxija politika tiegħu," temmet tgħid Metsola.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'178 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat