Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
30.03.2021 14:17
IKKONFERMATA: Il-UAE provdiet l-informazzjoni mitluba kollha lill-awtoritajiet Maltin
Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
L-informazzjoni hi marbuta mal-kumpanija sigrieta fid-Dubaj 17 Black
“Illum, ninsab f’pożizzjoni li nikkonferma li l-awtoritajiet Maltin irċevew l-informazzjoni mitluba kollha mill-awtoritajiet tal-Emirati Għarab Magħquda. Din l-informazzjoni hi kruċjali għas-suċċess fil-prosekuzzjonijiet marbuta mal-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus permezz ta’ 17 Black, il-kumpanija sigrieta bażata fid-Dubaj. Jien infurmat li l-aħħar informazzjoni li kienet mitluba ntbagħtet il-ġimgħa li għaddiet, u għalhekk, issa l-ballun jinsab għand l-awtoritajiet Maltin biex imexxu bl-investigazzjonijiet, biex issir ġustizzja.”
Il-Membru tal-Parlament Ewropew David Casa qal dan wara li l-intervent tiegħu kien kruċjali biex jassigura li l-awtoritajiet Maltin jagħmlu talba uffiċjali għall-informazzjoni bir-rekwiżiti neċessarji. L-informazzjoni mitluba mill-awtoritajiet Maltin mingħand l-awtoritajiet ta’ Dubaj intbagħtet f’lottijiet, u l-aħħar lott intbagħat il-ġimgħa li għaddiet.
“Issa nistenna li din l-informazzjoni tintuża mill-awtoritajiet Maltin fl-investigazzjonijiet tagħhom dwar korruzzjoni u ħasil tal-flus marbuta mal-Power Station tal-Electrogas,” qal l-MEP Casa. Skont imejls ippubblikati mill-midja, 17 Black, li s-sid tagħha hu l-azzjonist tal-Electrogas Yorgen Fenech, kienet se tibgħat €5,000 kuljum lill-kumpaniji sigrieti fil-Panama tal-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, u l-eks Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi.
“Il-ġimgħa li għaddiet, smajna xhieda fil-Qorti li kkonfermat id-dettalji ta’ kif jaħdem Keith Schembri: jagħmel il-miljuni mill-korruzzjoni, imbagħad jaħsel dawk l-istess flus. Ħadd m’għandu dubju li dak li għamel Keith Schembri qabel beda jmexxi l-uffiċċju ta’ Joseph Muscat, kompla jagħmel u żied mill-kuntratti pubbliċi, inkluż mill-ftehim tal-enerġija mal-Electrogas,” qal David Casa, li hu membru tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-Relazzjonijiet mal-Peniżola Għarbija.
Is-sid ta’ 17 Black bħalissa jinsab il-ħabs, akkużat li hu l-moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Skont diversi rapporti fil-midja, Fenech, f’numru ta’ okkażjonijiet, qal li Keith Schembri insista li tinqatel Daphne Caruana Galizia, u li l-istess Schembri għadda informazzjoni marbuta mal-investigazzjoni. Daphne Caruana Galizia nqatlet waqt li kienet qed tinvestiga 680,000 dokument tal-ftehim bejn Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi f’isem il-Gvern Malti, u Yorgen Fenech f’isem l-Electrogas.
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'175 Membru mill-Istati Membri kollha.
Quaestor
David STELLINI
eks impjegat
6 / 50