Id-demokrazija nnifisha hija mminata mix-xibka ta’ frodi fix-xiri tal-voti - Casa

07.09.2023 11:45

Id-demokrazija nnifisha hija mminata mix-xibka ta’ frodi fix-xiri tal-voti - Casa

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

David Casa MEP
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

L-MEP David Casa informa lill-uffiċjali ewlenin tal-istituzzjonijiet Ewropej dwar il-fatti tax-xibka kriminali organizzata li timplika partitarji Laburisti u uffiċjali tal-gvern. Dan hekk kif għadu kif ġie magħruf li l-iskema sofistikata timplika membri tal-partit Laburista fil-gvern u tinvolvi mijiet ta’ akkużi ta’ frodi.

“Il-fatti dwar dan il-każ huma diżgustanti u Robert Abela wera biċ-ċar li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni ma tiswa xejn għalih,” insista Casa.

Waqt li kien qed jindirizza ċ-ċifri ewlenin dwar s-saltna tad-dritt fl-UE, Casa saħaq li l-intrapriża kriminali m’għandhiex titqies b’mod iżolat, iżda għanda “tintrabat ma’ lista twila ta’ każijiet oħra, li l-pubbliku Malti qed ikollu jissaporti ta’ kuljum.”

L-uniku mod kif dan seta’ jitwettaq, spjega Casa, kien billi “s-servizzi tal-gvern jinħatfu kompletament u jiġu kompromessi, b’mod sistematiku, biex l-iskema qarrieqa ta’ frodi tkun tista’ tipproċedi mingħajr intoppi.”

Casa kkundanna li “l-isforz kriminali miftiehem biex jiġi ffrodat iċ-ċittadin onest u bieżel, u biex jiġu manipulati l-elezzjonijiet, swewlna miljuni ta’ ewro. Huwa enfasizza li waqt li mijiet ta’ kriminali kienu qed jiġu esposti, il-ħut il-kbir komplew jevadu l-prosekuzzjoni, sentejn wara li din ix-xibka ta’ qerq inkixfet.

Casa ppreżenta l-każ lill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen, il-Viċi President Věra Jourovα, u lill-President tal-Grupp ta’ monitoraġġ tad-Demokrazija, l-Istat tad-dritt u d-Drittijiet Fundamentali fi ħdan il-Parlament Ewropew. Huwa appella biex il-fatti jittieħdu bis-serjeta’, fin-nuqqas ta’ azzjoni ta’ buona fede min-naħa tal-Gvern Malti.

“L-uniċi tradituri huma dawk li tradew il-ġurament tagħhom tas-servizz pubbliku, mhux biss biex itappnu r-reputazzjoni ta’ pajjiżhom, iżda wkoll biex jimminaw il-proċessi fundmentali li fuqhom hija bbażata d-demokrazija tagħna. Mhux se niġi mhedded mill-korrotti u l-ħallelin fit-twettiq tal-obbligi tiegħi lejn l-elettorat tagħna,” stqarr Casa.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'177 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat