Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
04.10.2023 10:54
Id-data privata taċ-ċittadini qed tintuża għad-diskriminazzjoni politika - Casa
Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Casa jikteb lill-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data biex jiftaħ investigazzjoni fuq il-Partit Laburista
L-Ewroparlamentari David Casa appella għal investigazzjoni dwar l-użu sistematiku tad-data privata taċ-ċittadini bl-iskop li l-korruzzjoni tiġi istituzzjonalizzata biex taġevola lill-Partit Laburista.
"Iċ-chats li ġew leaked minn Whatsapp juru biċ-ċar li d-diskriminazzjoni qed issir fuq bażi ta' lealtà politika liema data qed tinżamm mill-Partit Laburista u l-politiċi korrotti tiegħu fl-entitajiet governattivi," sostna Casa.
Casa rrefera għal chats li ġew żvelati fejn juru, b’mod ċar kristall, li persuni li qed japplikaw għal-liċenzja tas-sewqan kienu qed jiġu diskriminati minħabba t-twemmin politiku tagħhom.
“Jekk m’intix Laburist biżżejjed tkun trattat b’mod differenti,” stqarr l-MEP. “Fuck him… ommu biss magħna!” qal l-uffiċjal tal-customer care fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
“Dawn iċ-chats jikxfu ftit biss mill-qerq. Iċ-chats juru l-modus operandi ta’ organizzazzjoni kriminali li m’għandha l-ebda limitu biex tibqa’ fil-poter. L-użu tad-data privata għall-iskop ta' diskriminazzjoni sistemika ma jinħafirx. Dan ifisser ukoll li qed jinkisru b’mod gravi d-drittijiet fundamentali Ewropej tal-protezzjoni tad-data.”
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'177 Membru mill-Istati Membri kollha.
MEP
David STELLINI
eks impjegat
6 / 50