Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
06.10.2021 16:48
Pandora Papers: Ħudu azzjoni kontra l-kumpaniji sigrieti offshore - David Casa
Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Il-Membru tal-Parlament Ewropew u Kwestur David Casa tkellem kontra l-użu ta’ ġurisdizzjonijiet offshore. Dan wara r-rivelazzjonijiet tal-Pandora Papers, l-akbar leak ta’ dokumenti minn kumpaniji offshore sa issa.
Ħames snin wara l-Panama Papers, l-Ewropa għadha qed tiddibatti x’se tagħmel dwar sinjuruni li jużaw servizzi legali, li jiswew ħafna flus, biex jaħbu flushom.
“Ma tgħallimna xejn mill-Panama Papers,” qal Casa waqt li kien qed jindirizza l-plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, ftit ġranet biss mill-erba’ snin anniversarju tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, li bdiet tirraporta dwar il-Panama Papers fl-2016.
Bil-Pandora Papers, għal darb’oħra qed niftakru fil-proċessi li jaslu għalihom individwi influwenti biex jaħarbu mill-iskrutinju dwar il-flus li jkollhom u s-sors tagħhom. Fid-dawl tal-pandemija, l-affarijiet żvelati fil-Pandora Papers huma daqqa ta’ ħarta oħra fl-isforzi ta’ rkupru ekonomiku li fuqu jiddependu ħaddiema u familji onesti.
"Dawn il-flus m’għandhomx jinħbew. Xogħol il-politiċi mhux li jaħbu l-flus imma li jinvestu l-flus fiż-żgħażagħ tagħna biex isibu xogħol aħjar; f'dawk li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba l-pandemija, biex isibu opportunitajiet oħra; għal dawk li tilfu l-impjiegi part-time tagħhom, biex isibu xogħol ieħor. "
Casa rrefera għan-nuqqas ta’ fiduċja miċ-ċittadini Ewropej lejn il-politiċi li jafdawhom bi flushom, u li mbagħad jinqabdu li jkunu qed jiksru l-obbligi lejn iċ-ċittadini u l-istat.
Dan jgħodd b’mod speċjali għal dawk li kellhom bżonn kumpaniji u kontijiet offshore biex jaħbu l-qligħ ħażin tagħhom, speċjalment permezz ta’ serq, kickbacks, u ħasil ta’ flus.
“L-appell tiegħi huwa ċar: flimkien - l-istituzzjonijiet Ewropej kollha - ejjew ningħaqdu, ngħaddu l-liġijiet meħtieġa, u niżguraw li jiġu nfurzati. Dawk li ħbew flushom m'għandhomx isibu l-liġi fuq in-naħa tagħhom.
“Jiena nagħti kelmti li se nkun minn ta’ quddiem f’din il-ġlieda, sabiex il-korrotti jħallsu għal għemilhom."
“Il-ġustizzja trid issir u trid tidher li qed issir. Dan nistgħu niksbuh biss jekk naħdmu flimkien."
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'179 Membru mill-Istati Membri kollha.
Quaestor
David STELLINI
eks impjegat
6 / 50