Ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia tiqba’ fil-qalba tal-UE – Casa

10.10.2024 15:55

Ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia tiqba’ fil-qalba tal-UE – Casa

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Quaestor David Casa addressing an event honouring Daphne Caruana Galizia at the European Parliament

Is-16 ta’ Ottubru jfakkar s-7 anniversarju mill-assassinju ta Daphne Caruana Galizia.

Il-kap tad-delegazzjoni tal-PN fil Parlament Ewropew David Casa qal: “Iċ-ċirkostanzi madwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia kienu possibbli minħabba l-korruzzjoni u l-impunità bla rażan li Malta għadha tbatihom sal-lum. Fl-anniversarju tal-qtil brutali tagħha, rridu nonoraw mhux biss il-memorja tagħha iżda wkoll nieħdu rendikont tal-istat tas-saltna tad-dritt f’Malta. Huwa għalhekk li qed insejħu dibattitu fil-Parlament Ewropew waqt is-sessjoni plenarja li jmiss li se jiddiskuti l-istat tal-ġustizzja f’Malta kif ukoll il-qbid istituzzjonali li ppermetta lil ftit nies jiffangaw fuq dahar iċ-ċittadini Maltin."

Il-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu se jingħata wkoll fit-23 ta’ Ottubru fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Din se tkun ir-raba’ edizzjoni tal-Premju li jingħata kull sena. It-twaqqif tal-Premju kien immexxi minn Casa meta kien parti mill-Bureau tal-Parlament Ewropew. L-intenzjoni tiegħu hija li jirrikonoxxi l-eċċellenza fil-ġurnaliżmu u jispira ġurnalisti investigattivi biex iżommu l-poter responsabbli mingħajr biża’ jew favur.

Fis-16 ta’ Ottubru, qed tiġi organizzata wkoll velja f’ġieħ il-memorja ta' Daphne Caruana Galizia mill-organizzazzjonijiet tal-libertà tal-midja tal-Media Freedom Rapid Response, li se ssir quddiem ir-Residence Palace fi Brussell f’nofsinhar.

 

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'188 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat