Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
03.11.2021 9:37
David Casa nominat fuq l-Assemblea Parlamentari Konġunta bejn l-UE u r-Renju Unit
Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Il-Membru tal-Parlament Ewropew David Casa nħatar fid-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-Renju Unit, bħala membru sħiħ tal-Assemblea Parlamentari Konġunta bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit. Din hi delegazzjoni uffiċjali ġdida li se jkollha rwol importanti fit-tfassil tar-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit wara l-Brexit.
L-MEP Casa ġie nnominat mill-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew. Hu wieħed mid-disa’ membri tal-Grupp tal-PPE u l-uniku MEP Malti li hu membru sħiħ tad-delegazzjoni.
Id-delegazzjoni tfisser li l-membri jissieħbu fl-assemblea bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, li ġiet approvata b’maġġoranza kbira mill-Parlament Ewropew.
“Din l-Assemblea hi pass importanti fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit wara l-Brexit. Se jkollha rwol kruċjali biex tara kif il-ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit qed jiġi implimentat.”
David Casa kien qed jirreferi għall-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, fi kliem ieħor il-ftehim tal-Brexit, li hu ftehim internazzjonali voluminuż bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, li sar wara negozjati intensi u attenzjoni internazzjonali għal diversi xhur. Dan il-ftehim jiddetermina r-relazzjoni futura bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.
Hu spjega li d-delegazzjoni għadha kif inħatret, u li l-House of Commons għad trid taħtar id-delegati tagħha. Hu qal li d-delegazzjoni għandha taħdem mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea fil-Partnership Council fuq l-akbar sfidi li jeżistu fir-relazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.
“Id-delegazzjoni se ssaħħaħ il-koperazzjoni u li twassal għall-vantaġġi fuq iż-żewġ naħat. Jien ħerqan biex nirrapreżenta l-interessi taċ-ċittadini Maltin u Ewropej fuq iż-żewġ naħat tal-Kanal Ingliż.”
DWAR ID-DELEGAZZJONI
L-Assemblea Parlamentari Konġunta bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tikkonsisti f’35 Membru tal-Parlament Ewropew u 35 Membru tal-House of Commons tal-Parlament tar-Renju Unit. Il-mandat ingħata fil-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, li ntlaħaq f’Diċembru 2020.
L-Assemblea għandha l-funzjoni li tagħti l-pariri lill-Partnership Council, li hu mmexxi mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Maroš Šefčovič u l-Ministru tal-Istat tar-Renju Unit Lord David Frost. Dan il-Kunsill hu l-organu eżekuttiv responsabbli mill-implimentazzjoni tal-ftehim tal-Brexit. B’hekk, se jkun qed jirrapreżenta l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, fuq livell internazzjonali, b’mod speċifiku f’dak li għandu x’jaqsam mal-ftehim tal-Brexit.
Id-delegazzjoni tinkludi rappreżentanti mill-gruppi politiċi kollha tal-Parlament Ewropew.
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'179 Membru mill-Istati Membri kollha.
Quaestor
David STELLINI
eks impjegat
6 / 50