Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
08.09.2023 20:07
Casa jifraħ lis-Soup Kitchen tal-Belt, u jtenni li l-faqar qed jikber
Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
L-MEP David Casa feraħ lis-Soup Kitchen tal-Belt talli formalment ngħatat il-Premju taċ-Ċittadin Ewropew 2023, f’ċerimonja organizzata mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Belt Valletta.
“B’mod partikolari, nifraħ lil Fr Marcellino għar-rikonoxximent mistħoqq għall-isforzi tiegħu matul dawn l-aħħar snin diffiċli,” qal Casa. “Permezz ta’ xogħlu, is-Soup Kitchen żammet id-dinjità ta’ dawk li sabu ruħhom f’sitwazzjoni vulnerabbli, meta ma kellhom imkien aktar fuq min iduru.”
Iżda Casa wissa wkoll dwar il-fatt li għad hemm bżonn tas-Soup Kitchen. Dan minnu nnifsu huwa falliment ċar tal-politika. Filwaqt li faħħar l-isforzi ta’ Fr Marcellino talli ħoloq post sigur għal min hu fil-bżonn, Casa enfasizza li postijiet bħal dawn mhumiex soluzzjoni għall-faqar.
“Ħadd m’għandu jasal f’sitwazzjoni li jiddependi minn dawn il-kċejjen biex jitma’ lil uliedu,” sostna Casa. “Jeħtieġ li l-faqar jiġi indirizzat b’mod effettiv, u l-bżonn tas-Soup Kitchen huwa sinjal li s-sistema falliet.”
Filwaqt li nnota l-ħtieġa li ssir politika b’kuxjenza soċjali ferm aktar b’saħħitha, Casa reġa’ rringrazzja u feraħ lil Fr Marcellino talli assigura li “l-indifferenza ma radmitx is-solidarjetà."
Casa nnomina l-proġett tas-Soup Kitchen Valletta OFM għall-Premju taċ-ċittadin aktar kmieni din is-sena peress li s-Soup Kitchen ħolqot “komunità ta’ solidarjetà biex tinżamm id-dinjità ta’ dawk li jinsabu f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali.”
Il-premju huwa organizzat mill-Parlament Ewropew u jirrikonoxxi kontribuzzjonijiet sinifikanti favur il-promozzjoni tal-valuri komuni u d-drittijiet fundamentali.
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'177 Membru mill-Istati Membri kollha.
MEP
David STELLINI
eks impjegat
6 / 50