Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
28.09.2023 14:25
Casa jappella lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni konkreta dwar l-iskandlu tax-xiri tal-voti
Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
L-MEP David Casa talab lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen biex tieħu azzjoni konkreta fuq l-iskema korrotta tax-xiri tal-voti mill-Partit Laburista.
"Il-partit fil-gvern jaħdem bħal organizzazzjoni kriminali mifnija bil-frodi, falsifikazzjoni u tixħim biex jixtru l-voti, li qed itellfu l-kredenzjali demokratiċi tagħna," sostna l-MEP.
Casa rrefera għal diversi aħbarijiet ta’ korruzzjoni li ħarġu matul is-snin u sostna li din hija waħda mill-aktar gravi.
"Filwaqt li l-kriminalità saret sinonima ma' dan il-Gvern, l-aħħar aħbarijiet huma inkwetanti minħabba li l-iskema mmanipulat elezzjonijiet bl-użu ta' fondi maħsuba għal persuni b'diżabilità severa."
Casa appella lill-Kummissjoni biex tagħmel użu mill-għodda li għandha inkluż il-monitoraġġ tal-istat tad-dritt u l-mekkaniżmi ta’ kundizzjonalità.
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'177 Membru mill-Istati Membri kollha.
MEP
David STELLINI
eks impjegat
6 / 50