Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
25.02.2021 12:41
Baqa’ triq twila biex issir ġustizzja ma’ Daphne Caruana Galizia
Il-Membri tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Midja tal-Parlament Ewropew, mmexxija mill-MEP Malti David Casa, esprimew sodisfazzjon għall-iżvilupp li wieħed minn dawk li poġġa l-bomba, li qatlet lill-ġurnalista investigattiva Maltija Daphne Caruana Galizia, ammetta u ngħata sentenza. Jidher li dan wassal għall-arrest ta’ dawk li allegatament kienu nvoluti biex ħolqu l-isplussiv li ntuża.
L-MEPs minn gruppi politiċi differenti qalu: “Għad baqa’ triq twila quddiemna biex issir ġustizzja sħiħa f’dan il-każ. Dawk kollha nvoluti fil-qtil u fl-isforzi li saru biex jgħattuh iridu jiffaċċjaw il-ġustizzja. Imma rridu naraw ukoll li dawk li kixfet Daphne Caruana Galizia fl-investigazzjonijiet tagħha jitressqu quddiem il-ġustizzja. Dakinhar biss nistgħu nikkonkludu li l-istituzzjonijiet ta’ Malta qed jaħdmu. Hu ta’ tħassib serju li nies li kienu fl-ogħla poteri politiċi f’Malta u li nkixfu minn Daphne Caruana Galizia f’korruzzjoni u ħasil tal-flus għadhom ma ffaċċjawx proċeduri ġudizzjarji.
Hu aktar ta’ tħassib li r-rivelazzjonijiet riċenti kixfu rabta akbar bejn il-Gvern attwali u l-allegat moħħ wara l-qtil, u li għaddew eluf ta’ ewro bejniethom f’ċirkustanzi dubjużi, u li għad ma hemm ebda konsegwenzi minn dawn ir-rivelazzjonijiet.
Hu proprju meta jiġu njorati dawn it-tip ta’ rivelazzjonijiet mill-ġurnalisti u meta l-impunità titħalla għaddejja, li l-ġurnalisti jkunu l-aktar vulnerabbli. F’dan id-dawl, aħna naraw progress limitat f’Malta u ninsistu mal-awtoritajiet biex jieħdu azzjonijiet b’saħħithom biex jindirizzaw dan il-falliment.”
David Casa, PPE, Ko-President tal-Grupp ta’ Ħidma
Ramona Strugariu, RE, Ko-President tal-Grupp ta’ Ħidma
Magdalena Adamowicz, PPE
Irena Joveva, RE
Stelios Kouloglou, GUE/NGL
Alice Kuhnke, Ħodor
Dace Melbārde, ECR
Lucia Ďuriš Nicholsonová, ECR
Massimiliano Smeriglio, S&D
Viola von Cramon-Taubadel, Ħodor
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'187 Membru mill-Istati Membri kollha.
Quaestor
David STELLINI
eks impjegat
6 / 50