Il-MPE Peter Agius jilqa’ l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni bħala mezz sabiex jiġu indirizzati il-kwistjonijiet ewlenin għal Malta u Għawdex

Illum ġie ppubblikat il-programm leġiżlattiv tal-Kummissjoni Ewropeja. 51 ħamsin proposta legiżlattiva l l-kummissjoni ewropeja beħsiebha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri biex isiru l-liġijiet Ewropej.
Il-Program hu ta’ nteress qawwi għall-Maltin u l-Għawdxin:
- Il-Kummissjoni Ewropeja, wara pressjoni mill-Parlament Ewropew se tirtira 37 liġi. Għandna bżonn nissimplifikaw l-Ewropa. Dan hu messaġġ li nieħdu mingħand il-Maltin u l-Għawdxin. L-Ewropa qed tilleġiżla wisq. Hemm wisq regoli. Nilqa’ din l-inizzjattiva li jiġu rtitati ċerta liġijiet biex nissimplifikaw il-ħajja tal-Ewropej.
- Enfasi kbira mill-Kummissjoni Ewropeja għal Trasport Sostenibbli. Hawn aħna rridu nkunu preżenti fit-tfassil tal-liġijiet għax għandna għoli tal-ħajja kbir f’Malta u parti kbira minnu ġej mill-ispejjes tat-trasport għax aħna gżira. Il-liġijiet f’dan ir-rigward iridu jkunu mfasslin għall-bżonn ta’ Malta.
- Is-Sigurta’ tal-Ikel: punt verament importanti għal Malta. Sirna nimportaw kważi kull ma nieklu. Hemm bżonn enfasi fuq is-sigurta’ tal-ikel u allura rridu ngħiu lil min jipproduċi l-ikel f’Malta.
- Il-Protezzjoni tad-Demokrazija. Qed naraw x’inhu għaddej Malta! Irridu Ewropa li trabbi s-snien biex tigdem. L-Ewropa trid tgħaddi mill-kliem għall-fatti u naraw li ma jkollnix Gvernijiet li jagħmlu ħsara lid-demokrazija fil-pajjiżi, partikolarment Malta.
- Patt għall-Mediterran. Importanti ferm għall-Malta li jrid ikollha l-ambizzjoni li tkun il-pont naturali bejn l-Ewropa u l-Afrika. Hemm ħafna opportunitajiet fil-pajjiżi ġirien tagħna bħal fl-enerġija, il-koperazzjoni kummerċjali, għall-investimenti. Aħna rridu nkunu fuq quddiem biex naraw li nieħu l-opportunitajiet li ttina s-sħubija fl-UE.
Dr. Peter Agius qal li għad baqa’ x’wieħed jidħol fid-dettal tal-proposti leġiżlattivi iżda flimkien mal-istakeholders lokali se jiżgura li ssir attivita’ f’Malta biex jiġu diskussi fid-dettal dak li qed tipproponi l-Kummissjoni u kif bħala MEP Maltin ninfluwenza l-aġenda leġiżlattiva għall-benefiċċju tal-Maltin u l-Għawdxin kollha
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'188 Membru mill-Istati Membri kollha.
Kontenut relatat
Malta tista’ tapplika għar-raba’ Gozo Ferry
17.03.20256 / 50