Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
22.03.2018 7:14
MEPs mill-gruppi politiċi kollha jitolbu lill-awtoritajiet Griegi biex jagħtu protezzjoni lil Maria Efimova
Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Il-whistleblower Maria Efimova kienet impjegata tal-Bank Pilatus u xhud ewlieni f’każijiet ta’ korruzzjoni u ħasil ta’ flus.
Minbarra mix-xhieda ta’ Efimova, Pilatus Bank inkixef bħala bank tal-ħasil ta’ flus għal nies fil-poter f’Malta u l-Ażerbajġan, bi prova oħra ta’ dan ikun l-arrest fl-Istati Uniti taċ-Chairman tal-Bank Ali Sadr Hasheminejad.
Il-kompliċità tal-Bank Pilatus ma’ persuni fl-ogħla livell tal-Gvern Malti, b’mod partikolari maċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, hi magħrufa permezz ta’ rapporti illeakjati mill-aġenzija Maltija ta’ kontra l-ħasil tal-flus.
Sal-lum għada għaddejja kampanja qawwija mill-Gvern Malti biex Efimova tkun skreditata, u dan wara li sar magħruf li hi sors ta’ Daphne Caruana Galizia.
Daphne Caruana Galizia nqatlet fis-16 ta’ Ottubru 2017. Wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, il-whistleblower Maria Efimova qalet li kellha taħrab minn Malta għaliex beżgħet għal ħajjitha u s-sigurtà tal-familja tagħha, u wara li l-biżà u l-pressjoni ta’ arrest komplew jikbru, t-Tnejn filgħaxija marret hi stess għand l-awtoritajiet Griegi.
Ulied Daphne Caruana Galizia qalu: “L-istituzzjonijiet Ewropej fallew biex jiproteġu lil ommna. Issa għandhom jiproteġu s-sorsi tagħha bl-istess mod li messhom proteġew lilha. Maria Efimova m’hix ċittadina tal-Unjoni Ewropea, iżda qegħda fl-istess riskju ta’ ommna. Għandha tiġi protetta, kif messha ġiet protetta ommna.”
Fid-dawl ta’ dan kollu, kif ukoll fid-dawl tan-natura frivoli tal-allegazzjonijiet kontra l-whistleblower Maria Efimova, qed insejħu lill-awtoritajiet Griegi biex:
- jassiguraw li ma tintbgħatx lura Malta
- joffru ażil lil Efimova u l-familja tagħha
- jiprovdulha l-protezzjoni u jassiguraw li tkun f’post sikur
Din l-istqarrija hi ffirmata minn dawn l-MEPs: AUSTREVICIUS Petras (ALDE), BAYET Hugues, (S&D), BILDT CORAZZA Anna Maria (EPP), CASA David (EPP), CHILDERS Nessa (S&D), CICU Salvatore (EPP), DE LANGE Esther (EPP), DURAND Pascal (GREENS/EFA), ENGEL Frank (EPP), FJELLNER Christofer (EPP), GASBARRA Enrico (S&D), GIEGOLD Sven (GREENS/EFA), GOMES Ana Maria (S&D), HADJIGEORGIOU Takis (GUE/NGL), HÖKMARK Gunnar (EPP), IN'T VELD Sophie (ALDE), JOLY Eva (GREENS/EFA), KÖSTER Dietmar (S&D), KOULOGLOU Stelios (GUE/NGL), KYLLONEN Merja (GUE/NGL), LANGEN Werner (EPP), LE HYARIC Patrick (GUE/NGL), MACOVEI Monica (ECR), MARTIN Edouard (S&D), METSOLA Roberta (EPP), PAGAZAURTUNDÚA Maite (ALDE), ROSATI Dariusz (EPP), SCHIRDEWAN Martin (GUE/NGL), SCHULZE Sven (EPP), TOMC Romana (EPP), URBAN CRESPO Miguel (GUE/NGL), VALLI Marco (EFDD), VANDENKENDELAERE Tom (EPP), VIEU Marrie-Pierre (GUE/NGL), ZAMMIT DIMECH Francis (EPP), ZIMMER Gabriel (GUE/NGL).
Nota lill-edituri
Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'219 Membru minn 28 Stat Membru.
ex ewroparlamentari tal-Grupp PPE
Matthew BONETT
eks impjegat
6 / 50