committee

Intelliġenza Artifiċjali f'Era Diġitali (spiċċa l-mandat)

Intelliġenza Artifiċjali f'Era Diġitali

Inħaddnu l-potenzjal tal-Intelliġenza Artifiċjali u r-robotika

L-intelliġenza artifiċjali (IA) tiżvolġi rwol kruċjali fl-ekonomiji u fid-demokraziji tagħna peress li hi t-teknoloġija strateġika li tista' tagħti spinta lit-tkabbir, lill-innovazzjoni u lill-effiċjenza. Il-Grupp PPE jrid li l-Ewropa tkun fuq quddiem nett fid-definizzjoni tar-regoli għall-istandards globali.

L-innovazzjoni hija fid-DNA tal-Ewropa. IA, li hija affidabbli u bbażata fuq il-valuri, għandha tkun marka distintiva tal-UE. Il-Grupp PPE jemmen li l-Ewropa għandha l-potenzjal li tħaddan il-mewġa diġitali li jmiss u li tkun il-gwida fis-setturi tal-IA, tar-robotika, tal-bijomediċina, tal-big data u tal-inġinerija tal-mobilità. Il-Grupp PPE huwa impenjat li jżid l-investimenti fl-IA u fid-data li talimentaha, biex l-UE tkun fuq quddiem nett f'dan il-qasam, bil-għan li jkunu żgurati l-prosperità u l-kompetittività tal-kontinent. Aħna impenjati li nrawmu dawn l-innovazzjonijiet b’rispett lejn il-valuri Ewropej tagħna.

Il-Grupp PPE jirrikjedi li jkun hemm standards etiċi għoljin u regoli dwar ir-responsabbiltà u trasparenza fl-użu tal-IA. Huwa meħtieġ li noħolqu Unjoni Ewropea tal-Innovazzjoni vera biex il-ħajja tan-nies titjieb filwaqt li nibqgħu kompetittivi fuq livell globali. Għad fadal wisq ċittadini li għadhom m’humiex komdi bil-bidliet teknoloġiċi; għandna nserrħulhom moħħom li t-teknoloġija għandha valur pożittiv fis-soċjetajiet tagħna, li l-ħajja ta' kulħadd se titjieb u ssir aktar sana. Il-Grupp PPE huwa konvint li n-nies għandhom jkunu fil-qalba tal-innovazzjoni.

AIDA