committee

Il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa (spiċċa l-mandat)

Ġlieda għal taxxa ġusta

Il-ġustizzja fil-kompetizzjoni fil-qasam tat-taxxa hija waħda mill-prijoritajiet tal-Grupp tal-PPE u mhijiex biss importanti fl-Ewropa iżda wkoll fil-livell globali. F'dawn l-aħħar snin, il-Parlament Ewropew kien qed jinsisti għal aktar miżuri Ewropej konġunti biex jiġu indirizzati l-problemi li ġew żvelati. Sfortunatament, ħafna Stati Membri tal-UE qed ikaxkru saqajhom.

Il-Kumitat TAX3 għandu mandat ta' tnax-il xahar. Fl-aħħar ta' dan il-perjodu,se jressaq rapport bis-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet. Il-Grupp tal-PPE jrid li l-kumitat jibgħat messaġġi ċari u b'saħħithom liċ-ċittadini u lin-negozji tagħna dwar il-fatt li l-Ewropa teħtieġ li tagħmel aktar biex tiġġieled ir-reati tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa.

Committee picture